|
+Artikolu 510 6. |
Artikolu 510 6.►M20 L-EBA għandha timmonitorja l-ammont ta’ finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta’ finanzjament marbut ma’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, inklużi lill-assi riċevuti jew mogħtija f’dawk it-tranżazzjonijiet, u ma’ tranżazzjonijiet mhux garantiti ma’ klijenti finanzjarji, fejn tali tranżazzjonijiet ikollhom maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur. L-EBA għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2029, u kull ħames snin wara dan, dwar l-adegwatezza ta’ dak ir-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali u t-trattament regolatorju ta’ tranżazzjonijiet simili f’ġuriżdizzjonijiet oħra, dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw bħala minimu: ◄
(a)
l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji u għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament tagħhom matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli u tal-effetti possibbli ta' kontaġju bejn klijenti finanzjarji;
(b)
l-opportunità li jiġi applikat it-trattament stipulat fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati ma' tipi oħra ta' assi;
(c)
l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ użati fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli bħala alternattiva għat-trattament stipulat fl-Artikolu 428p(5);
(d)
l-adegwatezza tat-trattament asimetriku bejn obbligazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur ipprovduti minn klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta’ finanzjament stabbli disponibbli ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 428k(3), il-punt (c), u l-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur ma’ klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ta’ 0 %, 5 % jew 10 % f’konformità mal-Artikolu 428r(1), il-punt (g), mal-Artikolu 428s(1), il-punt (b), u mal-Artikolu 428v, il-punt (a);
(e)
l-impatt tal-introduzzjoni ta’ fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew aktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, b’mod partikolari b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur, ma’ klijenti finanzjarji, fuq:
(i)
l-istruttura tal-prezzijiet ta’ dawk it-tranżazzjonijiet; u
(ii)
il-likwidità tas-suq ta’ assi riċevuti bħala kollateral f’dawk it-tranżazzjonijiet, b’mod partikolari ta’ bonds sovrani u korporattivi;
(f)
l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għat-tranżazzjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji meta jiġu riċevuti bonds sovrani bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|