+Artikolu 510 Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett
---+Artikolu 510 1.
---+Artikolu 510 2.
---+Artikolu 510 3.
---+Artikolu 510 4.
---+Artikolu 510 5.
---+Artikolu 510 6.
---+Artikolu 510 9.
---+Artikolu 510 10.
---+Artikolu 510 11.
|
Artikolu 510 Rekwiżiti ta’ Finanzjament Stabbli Nett
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 510 1.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni, abbażi tal-elementi li għandhom jiġu rappurtati skont il-Parti Sitta, Titolu III, dwar jekk ikunx xieraq li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jużaw sorsi stabbli ta’ ffinanzjar u kif dan jista’ jsir, inkluża valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozji u l-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jew fuq is-swieq finanzjarji jew l-ekonomija u s-self mill-banek, b’enfasi partikolari fuq is-self lil SMEs u fuq l-finanzjament tan-negozju, inkluż self ipotekarju kofinanzjat. B'mod partikolari, l-ABE għandha tanalizza l-impatt ta' sorsi stabbli ta' finanzjament fuq l-istrutturi tar-rifinanzjament ta' mudelli bankarji differenti fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 510 2.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-ABE għandha wkoll tirrapporta lill-Kummissjoni, abbażi tal-elementi li għandhom jiġu rappurtati skont il-Parti Sitta, Titolu III u skont il-formati ta' rappurtar uniformi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 415(3) u wara li tikkonsulta mal-BERS, dwar il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għal u meħtieġ minn istituzzjonijiet u dwar definizzjonijiet uniformi adatti għall-kalkolu ta' tali rekwiżit ta’ finanzjament stabbli nett, li jeżamina b'mod partikolari dan li ġej:
(a)
il-kategoriji u l-ippeżar applikati għas-sorsi ta' finanzjament stabbli fl-Artikolu 427(1);
(b)
il-kategoriji u l-ippeżar applikati għad-determinazzjoni tar-rekwiżit għal finanzjament stabbli fl-Artikolu 428(1);
(c)
il-metodoloġiji għandhom jipprovdu inċentivi u diżinċentivi kif adatt li jinkoraġġixxu finanzjament aktar stabbli fuq termini itwal ta' żmien ta' assi, attivitajiet kummerċjali, investimenti u finanzjament ta' istituzzjonijiet;
(d)
il-ħtieġa li jiġu żviluppati metodoloġiji differenti għal tipi ta' istituzzjonijiet differenti.
|
|
Artikolu 510 3.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, u waqt li tikkunsidra r-rapporti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, u waqt li tikkunsidra bis-sħiħ id-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jużaw sorsi stabbli ta' finanzjament.
|
|
Artikolu 510 4.
|
L-ABE għandha timmonitorja l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkopri r-riskju ta' finanzjament marbut mal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' derivattivi ta' kreditu matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, b'mod partikolari r-riskju ta' finanzjament futur għal dawk il-kuntratti tad-derivattivi stipulati fl-Artikoli 428s(2) u 428at(2), u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-opportunità li jiġi adottat fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew miżura iktar sensittiva għar-riskju sat-28 ta' Ġunju 2024. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
(a)
l-opportunità li ssir distinzjoni bejn kuntratti tad-derivattivi marġinati u mhux marġinati;
(b)
l-opportunità li jitneħħa, jiżdied jew jiġi sostitwit ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 428s(2) u fl-Artikolu 428at(2);
(c)
l-opportunità li jinbidel b'mod aktar ġenerali t-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi fil-kalkolu tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli, kif stipulat fl-Artikolu 428d, l-Artikoli 428k(4) u 428s(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag, l-Artikoli 428ah(2), 428al(4) u 428at(2), il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ay u l-Artikolu 428az(2), biex ikopri aħjar ir-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk il-kuntratti fuq l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli;
(d)
l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għall-kuntratti tad-derivattivi tal-istituzzjonijiet.
|
|
Artikolu 510 5.
|
Jekk l-istandards internazzjonali jaffettwaw it-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett, il-Kummissjoni għandha, jekk adatt u filwaqt li tieħu kont tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, dawk il-bidliet ta' standards internazzjonali u d-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament ta' kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u derivattivi ta' kreditu għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 510 6.
|
►M20
L-EBA għandha timmonitorja l-ammont ta’ finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju ta’ finanzjament marbut ma’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, inklużi lill-assi riċevuti jew mogħtija f’dawk it-tranżazzjonijiet, u ma’ tranżazzjonijiet mhux garantiti ma’ klijenti finanzjarji, fejn tali tranżazzjonijiet ikollhom maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur. L-EBA għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2029, u kull ħames snin wara dan, dwar l-adegwatezza ta’ dak ir-rekwiżit ta’ finanzjament stabbli. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali u t-trattament regolatorju ta’ tranżazzjonijiet simili f’ġuriżdizzjonijiet oħra, dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw bħala minimu: ◄
(a)
l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli ogħla jew iktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli ma' klijenti finanzjarji u għal tranżazzjonijiet mhux garantiti b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji biex jittieħed kont aħjar tar-riskju ta' finanzjament tagħhom matul l-orizzont ta' sena tal-proporzjon nett ta' finanzjament stabbli u tal-effetti possibbli ta' kontaġju bejn klijenti finanzjarji;
(b)
l-opportunità li jiġi applikat it-trattament stipulat fil-punt (g) tal-Artikolu 428r(1) għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati ma' tipi oħra ta' assi;
(c)
l-opportunità li jiġu applikati fatturi ta' finanzjament stabbli għal elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ użati fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli bħala alternattiva għat-trattament stipulat fl-Artikolu 428p(5);
▼M20
(d)
l-adegwatezza tat-trattament asimetriku bejn obbligazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur ipprovduti minn klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta’ finanzjament stabbli disponibbli ta’ 0 % f’konformità mal-Artikolu 428k(3), il-punt (c), u l-assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur ma’ klijenti finanzjarji li jkunu soġġetti għal fattur ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ta’ 0 %, 5 % jew 10 % f’konformità mal-Artikolu 428r(1), il-punt (g), mal-Artikolu 428s(1), il-punt (b), u mal-Artikolu 428v, il-punt (a);
(e)
l-impatt tal-introduzzjoni ta’ fatturi ta’ finanzjament stabbli meħtieġ ogħla jew aktar baxxi għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, b’mod partikolari b’maturità residwa ta’ inqas minn sitt xhur, ma’ klijenti finanzjarji, fuq:
(i)
l-istruttura tal-prezzijiet ta’ dawk it-tranżazzjonijiet; u
(ii)
il-likwidità tas-suq ta’ assi riċevuti bħala kollateral f’dawk it-tranżazzjonijiet, b’mod partikolari ta’ bonds sovrani u korporattivi;
▼M8
(f)
l-impatt tal-bidliet proposti fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għat-tranżazzjonijiet ta' dawk l-istituzzjonijiet, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur ma' klijenti finanzjarji meta jiġu riċevuti bonds sovrani bħala kollateral f'dawk it-tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 510 9.
|
L-ABE għandha tagħmel monitoraġġ fuq l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ biex ikopri r-riskju tal-finanzjament marbut mal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi. L-ABE għandha toħroġ rapport dwar jekk hux adatt it-trattament sat-28 ta' Ġunju 2023. Dak ir-rapport għandu mill-inqas jivvaluta:
(a)
l-impatt possibbli tat-trattament fuq il-kapaċità tal-investituri li jiksbu skopertura għal assi u l-impatt tat-trattament fuq il-provvista ta' kreditu fl-unjoni tas-swieq kapitali;
(b)
l-opportunità li jiġu applikati rekwiżiti aġġustati għal finanzjament stabbli għal titoli miżmuma biex jiħħeġġjaw derivattivi li huma ffinanzjati minn marġni inizjali, kemm totalment kif ukoll parzjalment;
(c)
l-opportunità li jiġu applikati rekwiżiti aġġustati għal finanzjament stabbli għal titoli miżmuma biex jiħħeġġjaw derivattivi li mhumiex ffinanzjati minn marġni inizjali.
|
|
Artikolu 510 10.
|
Sat-28 ta' Ġunju 2023 jew sena wara ftehim dwar standards internazzjonali li jkun żviluppat mill-BCBS, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt u b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 9, kwalunkwe standard internazzjonali żviluppat mill-BCBS, id-diversità tas-settur bankarju fl-Unjoni u l-għanijiet tal-unjoni tas-swieq kapitali, tressaq proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif għandhom jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rigward it-trattament emendat it-trattament tal-holdings tal-istituzzjonijiet ta' titoli biex jiħħeġġjaw kuntratti tad-derivattivi għall-kalkolu tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett kif stipulat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta fejn hija tikkunsidra li jkun adatt fir-rigward tal-impatt tat-trattament eżistenti fuq il-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett tal-istituzzjonijiet u biex jittieħed kont aħjar tar-riskju tal-finanzjament marbut ma' dawk it-tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 510 11.
|
L-ABE għandha tivvaluta jekk ikunx ġustifikat li jitnaqqas il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ għal assi użati biex jipprovdu servizzi ta' kklerjar u saldu ta' metalli prezzjużi bħad-deheb, il-fidda, il-platinu u l-palladju jew assi użati għall-forniment ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' metalli prezzjużi bħad-deheb, il-fidda, il-platinu u l-platinu ta' terminu ta' 180 ġurnata jew inqas. L-ABE għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|