|
+Artikolu 8 3. |
Artikolu 8 3.L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|