+Artikolu 8 Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 2a.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Fejn prodott finanzjarju jippromwovi, fost karatteristiċi oħra, karatteristiċi ambjentali jew soċjali, jew taħlita ta’ dawk il-karatteristiċi, dment li l-kumpanniji li fihom isiru l-investimenti jsegwu prattiki ta’ governanza tajba, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi dawn li ġejjin:
(a)
informazzjoni dwar kif dawk il-karatteristiċi jiġu sodisfatti;
(b)
jekk ġie indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, informazzjoni dwar jekk u kif dan l-indiċi huwa konsistenti ma' dawk il-karatteristiċi.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu, fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3), indikazzjoni dwar fejn għandha tinstab il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċi msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 8 2a.
|
Fejn parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), huma għandhom jinkludu fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata taħt l-Artikolu 6(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu. Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom kif ukoll l-objettiv li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi u, fejn meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:
(a)
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u
(b)
fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|