|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, flimkien ma’ dan li ġej:
(a)
programm ta’ operazzjonijiet li jispeċifika b’mod partikolari t-tip ta’ servizzi ta’ pagament previsti;
(b)
pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, inkluż kalkolu ta’ tbassir ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li juru li l-applikant jista’ juża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex jopera sew;
(c)
evidenza li l-istituzzjoni ta’ pagament għandha l-ammont ta’ kapital inizjali previst fl-Artikolu 7;
(d)
għall-istituzzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 10(1), deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 10;
(e)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-applikant, inklużi proċeduri amministrattivi, ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà kif ukoll arranġamenti għall-użu tas-servizzi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), li turi li dawk l-arranġamenti ta' governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern huma proporzjonati, adatti, sodi u adegwati;
(f)
deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u jingħata segwitu għal inċident ta' sigurtà u ilmenti minn konsumaturi marbuta ma' inċidenti ta' sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta' rappurtar ta' inċidenti li jqis l-obbligi tan-notifika tal-istituzzjoni ta' pagament stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2554;
(g)
deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi ffajljat, immonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal data ta’ pagament sensittiva;
(h)
deskrizzjoni ta' arranġamenti tal-kontinwità tal-operat inkluż identifikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet kritiċi, politika u pjanijiet ta' kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta' rispons u ta' rkupru tal-ICT effettivi u proċedura biex b'mod regolari jiġu ttestjati u rieżaminati l-adegwatezza u l-effiċjenza ta' dawn il-pjanijiet f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;
(i)
deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir ta’ data ta’ statistika dwar prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi;
(j)
dokument ta’ politika ta’ sigurtà, inkluża valutazzjoni dettaljata tar-riskju fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament tagħha u deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni fir-rigward ta’ sigurtà meħuda biex jipproteġu b’mod xieraq l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra r-riskji identifikati, inklużi frodi u użu illegali ta’ data sensittiva u personali;
(k)
għall-istituzzjonijiet ta’ pagament soġġetti għall-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt id-Direttiva (UE) 2015/849/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma ma’ dawk l-obbligi;
(l)
deskrizzjoni tal-organizzazzjoni strutturali tal-applikant, inkluża, meta applikabbli, deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-aġenti u tal-fergħat u tal-verifiki mhux fuq is-sit u fuq is-sit li l-applikant jintrabat li jwettaq fuqhom mill-anqas kull sena, kif ukoll deskrizzjoni ta’ arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, u l-parteċipazzjoni tagħha f’sistema ta’ pagament nazzjonali jew internazzjonali;
(m)
l-identità ta’ persuni li għandhom fil-kapital tal-applikant, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikata fis-sens tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-daqs tal-holdings tagħhom u evidenza tal-adegwatezza tagħhom b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament;
(n)
l-identità tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament u, fejn rilevanti, il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll prova li huma ta’ fama tajba u għandhom l-għarfien u l-esperjenza adegwata biex iwettqu servizzi ta’ pagament kif determinat mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-istituzzjoni ta’ pagament;
(o)
meta applikabbli, l-identità tal-awdituri statutorji u tal-kumpaniji tal-awditjar kif definit fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
(p)
l-istatus legali tal-applikant u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;
(q)
l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-applikant. Għall-finijiet tal-punti (d), (e) (f) u (l) tal-ewwel subparagrafu, l-applikant jagħti deskrizzjoni tal-arranġamenti tiegħu ta’ awditjar u l-arranġamenti organizzattivi li jkun stabbilixxa bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jitħarsu l-interessi tal-utenti tiegħu u biex jiżgura kontinwità u kredibbiltà fil-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ pagament. Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta' mitigazzjoni msemmija fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jindikaw kif dawn jiżguraw livell għoli ta' reżiljenza operazzjonali diġitali f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà teknika u protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u għas-sistemi tal-ICT użati mill-applikant jew l-impriżi li lilhom jesternalizza l-operazzjonijiet kollha tiegħu jew parti minnhom. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu wkoll il-miżuri ta' sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 95(1) ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom iqisu l-linji gwida tal-EBA dwar miżuri ta' sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 95(3) ta' din id-Direttiva, meta fis-seħħ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|