+Artikolu 5 Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.

Artikolu 5 Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, flimkien ma’ dan li ġej:

(a) 

programm ta’ operazzjonijiet li jispeċifika b’mod partikolari t-tip ta’ servizzi ta’ pagament previsti;

(b) 

pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, inkluż kalkolu ta’ tbassir ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li juru li l-applikant jista’ juża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex jopera sew;

(c) 

evidenza li l-istituzzjoni ta’ pagament għandha l-ammont ta’ kapital inizjali previst fl-Artikolu 7;

(d) 

għall-istituzzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 10(1), deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 10;

▼M1

(e) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-applikant, inklużi proċeduri amministrattivi, ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà kif ukoll arranġamenti għall-użu tas-servizzi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), li turi li dawk l-arranġamenti ta' governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern huma proporzjonati, adatti, sodi u adegwati;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u jingħata segwitu għal inċident ta' sigurtà u ilmenti minn konsumaturi marbuta ma' inċidenti ta' sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta' rappurtar ta' inċidenti li jqis l-obbligi tan-notifika tal-istituzzjoni ta' pagament stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2554;

▼B

(g) 

deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi ffajljat, immonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal data ta’ pagament sensittiva;

▼M1

(h) 

deskrizzjoni ta' arranġamenti tal-kontinwità tal-operat inkluż identifikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet kritiċi, politika u pjanijiet ta' kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta' rispons u ta' rkupru tal-ICT effettivi u proċedura biex b'mod regolari jiġu ttestjati u rieżaminati l-adegwatezza u l-effiċjenza ta' dawn il-pjanijiet f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;

▼B

(i) 

deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir ta’ data ta’ statistika dwar prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi;

(j) 

dokument ta’ politika ta’ sigurtà, inkluża valutazzjoni dettaljata tar-riskju fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament tagħha u deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni fir-rigward ta’ sigurtà meħuda biex jipproteġu b’mod xieraq l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra r-riskji identifikati, inklużi frodi u użu illegali ta’ data sensittiva u personali;

(k) 

għall-istituzzjonijiet ta’ pagament soġġetti għall-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt id-Direttiva (UE) 2015/849/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma ma’ dawk l-obbligi;

(l) 

deskrizzjoni tal-organizzazzjoni strutturali tal-applikant, inkluża, meta applikabbli, deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-aġenti u tal-fergħat u tal-verifiki mhux fuq is-sit u fuq is-sit li l-applikant jintrabat li jwettaq fuqhom mill-anqas kull sena, kif ukoll deskrizzjoni ta’ arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, u l-parteċipazzjoni tagħha f’sistema ta’ pagament nazzjonali jew internazzjonali;

(m) 

l-identità ta’ persuni li għandhom fil-kapital tal-applikant, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikata fis-sens tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-daqs tal-holdings tagħhom u evidenza tal-adegwatezza tagħhom b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament;

(n) 

l-identità tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament u, fejn rilevanti, il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll prova li huma ta’ fama tajba u għandhom l-għarfien u l-esperjenza adegwata biex iwettqu servizzi ta’ pagament kif determinat mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(o) 

meta applikabbli, l-identità tal-awdituri statutorji u tal-kumpaniji tal-awditjar kif definit fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(p) 

l-istatus legali tal-applikant u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;

(q) 

l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-punti (d), (e) (f) u (l) tal-ewwel subparagrafu, l-applikant jagħti deskrizzjoni tal-arranġamenti tiegħu ta’ awditjar u l-arranġamenti organizzattivi li jkun stabbilixxa bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jitħarsu l-interessi tal-utenti tiegħu u biex jiżgura kontinwità u kredibbiltà fil-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta' mitigazzjoni msemmija fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jindikaw kif dawn jiżguraw livell għoli ta' reżiljenza operazzjonali diġitali f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà teknika u protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u għas-sistemi tal-ICT użati mill-applikant jew l-impriżi li lilhom jesternalizza l-operazzjonijiet kollha tiegħu jew parti minnhom. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu wkoll il-miżuri ta' sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 95(1) ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom iqisu l-linji gwida tal-EBA dwar miżuri ta' sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 95(3) ta' din id-Direttiva, meta fis-seħħ.

Artikolu 5 2.
L-Istati Membri għandhom jesiġu l-impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I, bħala kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni tagħhom, li jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, li tkopri t-territorji li fihom joffru servizzi, jew xi garanzija komparabbli oħra kontra kull obbligu biex jiżguraw li jkunu jistgħu jagħmlu tajjeb għar- ►C1  responsabbiltajiet tagħhom kif speċifikati fl-Artikoli 73, 90 u 92. ◄
Artikolu 5 3.
L-Istati Membri għandhom jesiġu l-impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni biex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I, bħala kundizzjoni għar-reġistrazzjoni tagħhom, li jkollhom assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali, li tkopri t-territorji li fihom joffru servizzi, jew xi garanzija komparabbli oħra kontra l-obbligi tagħhom vis-à-vis il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jew l-utent ta’ servizz ta’ pagament li jirriżultaw minn aċċess mhux awtorizzat jew frodulenti għal, jew użu mhux awtorizzat jew frodulenti ta’, informazzjoni dwar il-kont ta’ pagament.
Artikolu 5 4.
Sat-13 ta’ Jannar 2017, l-EBA għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament li jirriflettu l-interessi kollha involuti, toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-kriterji ta’ kif jiġi stipulat l-ammont minimu monetarju tal-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali jew garanzija komparabbli oħra msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Fl-iżvilupp tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-EBA għandha tieħu kont ta’ dan li ġej:

(a) 

il-profil tar-riskju tal-impriża;

(b) 

jekk l-impriża tipprovdix servizzi oħra ta’ pagament kif imsemmijin fl-Anness I jew jekk hijiex impenjata f’negozju ieħor;

(c) 

id-daqs tal-attività:

(i) 

għal impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I, il-valur tat-tranżazzjonijiet mibdija;

(ii) 

għal impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I, in-numru ta’ klijenti li jużaw is-servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet;

(d) 

il-karatteristiċi speċifiċi ta’ garanziji komparabbli u l-kriterji għall-implimentazzjoni tagħhom.

L-EBA għandha teżamina mill-ġdid dawk il-linji gwida fuq bażi regolari.

Artikolu 5 5.
Sat-13 ta’ Lulju 2017, l-EBA għandha, wara li tikkonsulta l-partijiet interessati rilevanti kollha, inkluż dawk fis-suq tas-servizzi ta’ pagament li jirriflettu l-interessi kollha involuti, tiżviluppa linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c), (e) u (g) sa (j) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tirrevedi dawk il-linji gwida fuq bażi regolari u fi kwalunkwe avveniment mill-inqas darba kull tliet snin.

Artikolu 5 6.
B’kont meħud, fejn adatt, tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 5, l-EBA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b), (c), (e)) u (g) sa (j) tal-paragrafu 1.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 5 7.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformita mal-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit