+Artikolu 9 1.

Artikolu 9 1.

Minkejja r-rekwiżiti ta’ kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament, ħlief dawk li joffru biss is-servizzi kif imsemmija fil-punti (7) jew (8), jew it-tnejn li huma, tal-Anness I, ikollhom, fi kwalunkwe ħin, fondi proprji kkalkolati skont wieħed mit-tliet metodi li ġejjin, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Metodu A
Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha tas-sena preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju tal-istituzzjoni ta’ pagament mis-sena preċedenti ‘l hawn. Fejn istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx ikkompletat sena sħiħa ta’ negozju fid-data tal-kalkolu, ir-rekwiżit għandu jkun li l-fondi proprji jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi korrispondenti kif previst fil-pjan tan-negozju tagħha, sakemm ma jkunx rikjest mill-awtoritajiet kompetenti aġġustament għal dak il-pjan.
Metodu B
Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin multiplikata bil-fattur ta’ skalar k iddefinit fil-paragrafu 2, fejn il-volum ta’ pagament (PV) jirrappreżenta parti waħda minn tnax tal-ammont totali tat-tranżazzjonjiet ta’ pagament imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fis-sena preċedenti:
(a) 

4,0 % tal-porzjon ta’ PV sa EUR 5 miljun,

magħdud ma’

(b) 

2,5 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun,

magħdud ma’

(c) 

1 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 10 miljun sa EUR 100 miljun,

magħdud ma’

(d) 

0,5 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun,

magħdud ma’

(e) 

0,25 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 250 miljun.

Metodu C
Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas l-indikatur rilevanti definit fil-punt (a), immultiplikat bil-fattur multiplikatur iddefinit fil-punt (b) u bil-fattur ta’ skalar k iddefinit fil-paragrafu 2.
(a) 

L-indikatur rilevanti huwa s-somma ta’ dan li ġej:

(i) 

introjtu minn imgħax;

(ii) 

spejjeż fuq imgħax;

(iii) 

kummissjonijiet u tariffi riċevuti; u

(iv) 

introjtu operattiv ieħor.

Kull element għandu jiġi inkluż fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu. Introjtu minn elementi straordinarji jew irregolari ma għandux jintuża fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti. In-nefqa tal-esternalizzazzjoni ta’ servizzi li jingħataw minn partijiet terzi tista’ tnaqqas l-indikatur rilevanti jekk in-nefqa tiġġarrab minn impriża soġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva. L-indikatur rilevanti huwa kkalkolat abbażi tal-aħħar 12-il osservazzjoni mensili fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti. L-indikatur rilevanti jiġi kkalkolat fuq is-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu fondi proprji kkalkolati skont il-Metodu C ma għandhomx jaqgħu taħt it-80 % tal-medja tat-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-indikatur rilevanti. Meta ċ-ċifri awditjati ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw stimi tan-negozju.

(b) 

Il-fattur ta’ multiplikatur għandu jkun:

(i) 

10 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti sa EUR 2,5 miljun;

(ii) 

8 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 2,5 miljun sa EUR 5 miljun;

(iii) 

6 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 5 miljun sa EUR 25 miljun;

(iv) 

3 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 25 miljun sa EUR 50 miljun;

(v) 

1,5 % ‘il fuq minn EUR 50 miljun.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit