|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punti (1) sa (6) tal-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jissalvagwardjaw il-fondi kollha li ġew riċevuti mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jew permezz ta’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a)
fl-ebda ħin il-fondi ma għandhom jitħalltu mal-fondi ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li f’isimhom ikunu miżmuma l-fondi u, meta jkunu għadhom miżmuma mill-istituzzjoni ta’ pagament jew mill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi u jkunu għadhom ma ngħatawx lill-benefiċjarju jew trasferiti lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor sa tmiem il-jum ta’ negozju wara l-jum meta l-fondi jkun ġew riċevuti, għandhom jiġu depożitati f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu jew f’bank ċentrali fid-diskrezzjoni ta’ dak il-bank ċentrali, jew investiti f’assi likwidi siguri u b’riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju; u għandhom jiġu protetti f’konformità mal-liġi nazzjonali fl-interess tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra pretensjonijiet ta’ kredituri oħra tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza;
(b)
il-fondi għandhom ikunu koperti minn polza ta’ assigurazzjoni jew minn xi garanzija komparabbli oħra minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu, li ma tagħmilx parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni ta’ pagament jew istituzzjoni tal-flus elettroniċi innifisha, għal ammont ekwivalenti għal dak li jkun ġie segregat fin-nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli oħra, pagabbli fil-każ li l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|