+Artikolu 13 1.

Artikolu 13 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni maħruġa lil istituzzjoni ta’ pagament biss jekk l-istituzzjoni:

(a) 

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tkun waqfet milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru ikkonċernat ma jkunx għamel provvediment għal skadenza tal-awtorizzazzjoni f’każijiet bħal dawn;

(b) 

tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezzi irregolari oħra;

(c) 

ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni jew tonqos milli tinforma l-awtorità kompetenti dwar żviluppi ewlenin f’dan ir-rigward;

(d) 

tikkostitwixxi theddida għall-istabbiltà jew għall-fiduċja fis-sistema ta’ pagament bit-tkomplija tan-negozju tagħha ta’ servizzi ta’ pagament; jew

(e) 

taqa’ f’wieħed mill-każijiet l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-irtirar ta’ awtorizzazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit