|
+Artikolu 9c 3. |
Artikolu 9c 3.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-tħabbira pubblika msemmija fil-paragrafu 2 tkun akkumpanjata b’rapport li jivvaluta jekk it-tranżazzjoni hijiex ġusta u raġonevoli jew le mill-perspettiva tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji, u li jispjega s-suppożizzjonijiet li huwa bbażat fuqhom flimkien mal-metodi użati. Ir-rapport għandu jitfassal minn wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
parti terza indipendenti;
(b)
il-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija;
(c)
il-kumitat tal-awditjar jew kwalunkwe kumitat li fil-maġġoranza tiegħu jkun magħmul minn diretturi indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet relatati ma jiħdux sehem fit-tħejjija tar-rapport. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|