|
+Artikolu 76 1. |
Artikolu 76 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagatur ikun intitolat għal rimborż mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata li kienet mibdija mill-benefiċjarju u li permezz tiegħu tkun diġà ġiet esegwita, jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtorizzazzjoni ma speċifikatx l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta’ pagament meta saret l-awtorizzazzjoni;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament jeċċedi l-ammont li l-pagatur seta’ raġonevolment jistenna b’kont meħud tal-mudell ta’ nfiq preċedenti, il-kundizzjonijiet fil-kuntratt qafas u ċ-ċirkostanzi rilevanti tal-każ. Fuq it-talba tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, il-pagatur għandu jġorr il-piż biex jagħti prova li tali kundizzjonijiet huma sodisfatti. Ir-rimborż għandu jikkonsisti fl-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament esegwita. Id-data ta’ valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha kien ġie debitat l-ammont. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra d-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għal debiti diretti kif imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-pagatur ikollu dritt mingħajr kundizzjonijiet għal rimborż fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 77 ta' din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|