Artikolu 40
Restrizzjoni tal-eżenzjonijiet għal entitajiet ta’ interess pubbliku
Sakemm ma jkunx espressament dispost f’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li s-simplifikazzjonijiet u l-eżenzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu disponibbli għall-entitajiet ta’ interess pubbliku. Entità ta’ interess pubbliku għandha tiġi ttrattata bħala impriża ta' daqs kbir irrispettivament mill-fatturat nett tagħha, mit-total fil-karta tal-bilanċ jew min-numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja.