+Artikolu 10
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.

Artikolu 10

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

L-Awtorità tista’, kif ikun xieraq, tiżviluppa:

(a) 

strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza għall-promozzjoni ta’ approċċi superviżorji komuni u tal-aħjar prattiki;

(b) 

għodod u metodi prattiċi għall-assistenza reċiproka wara:

(i) 

talbiet speċifiċi mill-awtoritajiet superviżorji;

(ii) 

ir-riferiment ta’ nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu b’mod konġunt minn diversi awtoritajiet superviżorji fir-rigward ta’ entità marbuta b’obbligu.

Artikolu 10 2.

L-Awtorità għandha tiffaċilita u tinkoraġġixxi tal-anqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika;

(b) 

skambji ta’ persunal u l-użu ta’ skemi ta’ sekondar, ġemellaġġ u żjarat għal żmien qasir;

(c) 

skambji tal-aħjar prattiki superviżorji bejn l-awtoritajiet superviżorji, meta awtorità waħda tkun żviluppat għarfien espert f’qasam speċifiku tal-prattiki superviżorji tal-AML/CFT.

Artikolu 10 3.
Kull awtorità superviżorja tista’ tissottometti talba għal assistenza reċiproka relatata mal-kompiti superviżorji tagħha lill-Awtorità, filwaqt li tispeċifika t-tip ta’ assistenza li tfittex mill-persunal tal-Awtorità, il-persunal ta’ awtorità superviżorja waħda jew aktar, jew kombinament tagħhom. Jekk it-talba tkun tikkonċerna attivitajiet relatati mas-superviżjoni ta’ entitajiet marbuta b’obbligu speċifiċi, l-awtorità superviżorja rikjedenti għandha tittrażmetti lill-Awtorità l-informazzjoni u d-data neċessarji għall-għoti tal-assistenza. L-Awtorità għandha żżomm u taġġorna b’mod regolari l-informazzjoni dwar oqsma speċifiċi ta’ għarfien espert u dwar il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet superviżorji li jipprovdu assistenza reċiproka relatata mal-kompiti superviżorji tagħhom.
Artikolu 10 4.
Meta l-Awtorità tintalab tipprovdi assistenza għat-twettiq ta’ kompiti superviżorji speċifiċi fil-livell nazzjonali fir-rigward ta’ entitajiet marbuta b’obbligu għajr l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula, l-awtorità superviżorja rikjedenti għandha tagħti dettalji, fit-talba tagħha, tal-kompiti li għalihom jintalab appoġġ. L-assistenza ma għandhiex tiġi interpretata bħala t-trasferiment, mill-awtorità superviżorja rikjedenti lill-Awtorità, ta’ kompiti superviżorji, setgħat, jew obbligu ta’ rendikont għas-superviżjoni tal-entitajiet marbuta b’obbligu għajr l-entitajiet marbuta b’obbligu magħżula.
Artikolu 10 5.
Meta l-Awtorità tkun tal-opinjoni li t-talba tkun xierqa u fattibbli, għandha tagħmel kull sforz biex tipprovdi l-assistenza mitluba, inkluż billi timmobilizza r-riżorsi umani proprji tagħha kif ukoll billi tiżgura li l-awtoritajiet superviżorji jimmobilizzaw ir-riżorsi fuq bażi volontarja.
Artikolu 10 6.
Fi tmiem kull sena, il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja dwar ir-riżorsi umani li l-Awtorità se talloka biex tipprovdi l-assistenza mitluba skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu matul is-sena ta’ wara. Meta d-disponibbiltà tar-riżorsi umani tinbidel minħabba t-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mill-kompiti msemmija fl-Artikolu 5(2), (3) u (4), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni superviżorja b’dan.
Artikolu 10 7.
Kwalunkwe interazzjoni bejn il-persunal tal-Awtorità u l-entità marbuta b’obbligu għandha tibqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-awtorità superviżorja responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-entità. Tali interazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala trasferiment tal-kompiti jew tas-setgħat relatati ma’ entitajiet marbuta b’obbligu individwali fis-sistema superviżorja tal-AML/CFT.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit