1. Il-forniment tal-appoġġ finanzjarju jitqies li ma jdgħajjifx ir-riżolvibbiltà tal-entità provditur, jekk il-forniment tal-appoġġ finanzjarju ma jrendix l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni għall-entità provditur kif stipulat fil-pjan ta' riżoluzzjoni sostanzjalment inqas fattibbli jew inqas kredibbli, b'konformità mal-valutazzjoni skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2014/59/UE.
Din il-valutazzjoni tqis b'mod partikolari l-impatt tal-forniment tal-appoġġ finanzjarju fuq:
|
(a)
|
l-assorbiment potenzjali tat-telf fil-grupp wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
l-interkonnettività tal-entità provditur mal-entità riċeventi;
|
|
(c)
|
ir-riskju ta' kontaġju fil-grupp;
|
|
(d)
|
iż-żieda fil-kumplessità tal-grupp minħabba l-forniment tal-appoġġ finanzjarju;
|
|
(e)
|
is-sitwazzjoni kapitali u tal-likwidità tal-entità provditur.
|