1. Qabel ma tibda l-proċess tad-deċiżjonijiet konġunti dwar miżuri li jindirizzaw jew ineħħu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji jaqblu dwar skeda ta' żmien tal-istadji li jridu jiġu segwiti fl-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti.
Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil fuq din l-iskeda ta' żmien, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tistabbilixxi l-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti wara li tikkunsidra l-fehmiet u kwalunkwe riżerva li jesprimu l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji.