+Artikolu 90 1
|
Artikolu 90 1
1. L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tħejji abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell konsolidat, prinċipali u ta' kull sussidjarja, filwaqt li tqis ir-rinunzji, jekk jintużaw, skont l-Artikolu 45(11) jew (12) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-abbozz tad-deċiżjoni konġunta jistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-ismijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji li jaslu għad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell konsolidat, prinċipali u ta' kull sussidjarja;
|
|
(b)
|
l-ismijiet tas-superviżur konsolidanti u awtoritajiet kompetenti oħrajn li ġew ikkonsultati;
|
|
(c)
|
l-ismijiet tal-osservaturi meta dawn l-osservaturi kienu involuti fil-proċess ta' deċiżjoni konġunta skont il-patti u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi kif osservati fl-arranġamenti bil-miktub;
|
|
(d)
|
l-isem tal-impriża prinċipali fl-Unjoni u l-entitajiet tal-grupp li għalihom tapplika u li magħhom hija marbuta d-deċiżjoni konġunta;
|
|
(e)
|
ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-ilħuq tad-deċiżjoni konġunta; referenzi għal kwalunkwe kriterju addizzjonali pprovdut mill-Istat Membru li fuq il-bażi tiegħu jiġi stabbilit ir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli;
|
|
(f)
|
id-data tal-abbozz tad-deċiżjoni konġunta, u kull aġġornament rilevanti għal dan;
|
|
(g)
|
ir-rekwiżit minimu dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'livell konsolidat, u limitu ta' żmien biex jintlaħaq dak il-livell, fejn applikabbli, flimkien ma' raġunijiet xierqa għall-istabbiliment tar-rekwiżit minimu dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dak il-livell fir-rigward tal-kriterji ta' valutazzjoni msemmijin fl-Artikolu 45(6) minn (a) sa (f) tad-Direttiva 2014/59/UE;
|
|
(h)
|
ir-rekwiżit minimu dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'livell tal-impriża prinċipali fl-Unjoni, sakemm ma jiġix awtorizzat l-użu ta' rinunzji skont l-Artikolu 45(11) tad-Direttiva 2014/59/UE, u limitu ta' żmien biex jintlaħaq dak il-livell, fejn applikabbli, flimkien ma' raġunijiet xierqa għall-istabbiliment tar-rekwiżit minimu dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dak il-livell fir-rigward tal-kriterji ta' valutazzjoni msemmijin fl-Artikolu 45(6) minn (a) sa (f) tad-Direttiva 2014/59/UE;
|
|
(i)
|
ir-rekwiżit minimu dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell ta' kull sussidjarja fuq bażi individwali, sakemm ma jiġix awtorizzat l-użu ta' rinunzji skont l-Artikolu 45(12) tad-Direttiva 2014/59/UE, u limitu ta' żmien biex jintlaħaq dak il-livell, fejn applikabbli, flimkien ma' raġunijiet xierqa għall-istabbiliment tar-rekwiżit minimu dwar il-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'dak il-livell fir-rigward tal-kriterji ta' valutazzjoni msemmijin fl-Artikolu 45(6) minn (a) sa (f) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
- EULAW_DA -
EULAW_DA
|