1. Malli jiskadi l-limitu ta' żmien għall-konsultazzjoni, u mingħajr dewmien żejjed fid-dawl tal-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 91 tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn applikabbli, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tiffinalizza l-valutazzjoni jew id-deċiżjoni tagħha dwar il-ħtieġa ta' skema ta' riżoluzzjoni ta' grupp.
Il-valutazzjoni jew id-deċiżjoni finali tinkludi wkoll opinjoni dwar il-ħtieġa ta' mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali għall-finijiet tal-pjan ta' finanzjament skont l-Artikolu 107 tad-Direttiva 2014/59/UE u tqis it-tħassib u l-fehmiet diverġenti espressi matul il-konsultazzjoni bl-emendi, kif xieraq.