+Termination Rights and Conditions

Termination Rights and Conditions

Define explicit termination rights including significant breaches of laws, regulations, or contract terms, material changes in third-party risks, demonstrated ICT weaknesses, and regulator oversight constraints. Set provisions for ensuring access, recovery, and return of data in an easily accessible format in cases of termination, insolvency, resolution, or discontinuation of the service provider's business operations.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 28 7

7.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT jistgħu jiġu tterminati fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

ksur sinifikanti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tat-termini kuntrattwali applikabbli;

(b)

iċ-ċirkostanzi identifikati matul il-monitoraġġ tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi meqjusa li jistgħu jbiddlu t-twettiq tal-funzjonijiet ipprovduti permezz tal-arranġament kuntrattwali, inkluż bidliet materjali li jaffettwaw l-arranġament jew is-sitwazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(c)

dgħufijiet evidenzjati tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT marbuta mal-ġestjoni globali tiegħu tar-riskju tal-ICT u b’mod partikolari fil-mod kif jiżgura d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-inegrità u l-kunfidenzjalità tad-data, kemm jekk tkun data personali kif ukoll jekk tkun sensittiva b’mod ieħor, jew data mhux personali;

(d)

fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ twettaq superviżjoni effettiva tal-entità finanzjarja bħala riżultat tal-kundizzjonijiet tal-arranġament kuntrattwali rispettiv jew iċ-ċirkostanzi marbuta miegħu.

EULAW Artikolu 30 1

1.   Id-drittijiet u l-obbligi tal-entità finanzjarja u tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT għandhom jiġu allokati b’mod ċar bil-miktub. Il-kuntratt sħiħ għandu jinkludi l-ftehimiet dwar il-livell ta’ servizz u għandu jiġi ddokumentat f’dokument bil-miktub wieħed li għandu jkun disponibbli għall-partijiet fuq karta, jew f’dokument f’format ieħor li jista’ jitniżżel u jkun durabbli u aċċessibbli.

EULAW Artikolu 30 2

2.   L-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni ċara u kompleta tal-funzjonijiet u s-servizzi kollha tal-ICT li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur terz ta’ servizz tal-ICT, li tindika jekk huwiex permess is-sottokuntrattar ta’ servizz tal-ICT li jappoġġja funzjoni kritika jew importanti, jew partijiet materjali tiegħu u, f’dak il-każ, il-kondizzjonijiet li japplikaw għal tali sottokuntrattar;

(b)

il-postijiet, jiġifieri r-reġjuni u l-pajjiżi, fejn iridu jiġu pprovduti l-funzjonijiet u s-servizzi tal-ICT kuntrattati jew sottokuntrattati u fejn id-data trid tiġi pproċessata, inkluż fejn ser jinħażnu, u r-rekwiżit li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jinnotifika lill-entità finanzjarja minn qabel jekk ikun biħsiebu jibdel il-postijiet tal-ħażna;

(c)

dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, inkluż id-data personali;

(d)

dispożizzjonijiet dwar l-iżgurar tal-aċċess, l-irkupru u r-ritorn f’format faċilment aċċessibbli tad-data personali u mhux personali pproċessata mill-entità finanzjarja fil-każ tal-insolvenza, ir-riżoluzzjoni jew il-waqfien tal-operat tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jew fil-każ tat-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali;

(e)

deskrizzjonijiet tal-livell ta’ servizz, inkluż aġġornamenti u reviżjonijiet tiegħu[…]

(f)

l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi assistenza lill-entità finanzjarja mingħajr kost addizzjonali, jew b’kost li jiġi ddeterminat ex ante, meta jseħħ inċident tal-ICT li jkun relatat mas-servizz tal-ICT ipprovdut lill-entità finanzjarja;

(g)

l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni tal-entità finanzjarja, inklużi persuni maħtura minnhom;

(h)

id-drittijiet ta’ terminazzjoni u l-perjodi minimi ta’ avviż għat-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali, f’konformità mal-aspettattivi tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni;

(i)

il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fil-programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji u fis-sessjonijiet ta’-taħriġ dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali f’konformità mal-Artikolu 13(6).