+(Critical) Service Level Management
|
(Critical) Service Level Management
Ensure the contract with ICT third-party service provider delivering critical or important services encompasses comprehensive service level descriptions, including updates and detailed reporting (both quantitative and qualitative). Evaluate the service provider's compliance with performance and quality standards by reviewing reports on activities and services, incident reports, security and business continuity measures, and testing. Assess performance using key performance indicators, key control indicators, audits, self-certifications, and independent reviews. Receive relevant information from the service provider regarding their activities and services and ensure timely notification and response to incidents. Conduct independent reviews and compliance audits with legal and regulatory requirements and policies. Specify notification periods for any material changes that may impact the entity or agreed service levels.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 26 4
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, meta l-parteċipazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fit-TLPT, imsemmi fil-paragrafu 3, tkun raġonevolment mistennija li jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità jew is-sigurtà tas-servizzi mogħtija minn fornitur terz ta’ servizz tal-ICT lill-konsumaturi li jkunu entitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew fuq il-kunfidenzjalità tad-data marbuta ma’ servizzi bħal dawn, l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jaqblu bil-miktub li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jidħol direttament f’arranġamenti kuntrattwali ma’ tester estern, għall-fini li jwettaq, taħt id-direzzjoni ta’ entità finanzjarja waħda ddeżinjata, TLPT aggregat li jinvolvi diversi entitajiet finanzjarji (ittestjar aggregat) li għaliha l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT.
Dak l-ittestjar aggregat għandu jkopri l-firxa rilevanti ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti kkuntrattati lill-fornitur terz rispettiv ta’ servizzi tal-ICT mill-entitajiet finanzjarji. L-ittestjar aggregat għandu jitqies bħala TLPT imwettaq mill-entitajiet finanzjarji parteċipanti fl-ittestjar aggregat.
L-għadd ta’ entitajiet finanzjarji parteċipanti fl-ittestjar aggregat għandu jiġi kkalibrat kif xieraq b’kont meħud tal-kumplessità u t-tipi ta’ servizzi involuti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 30 3
3. L-arranġamenti kuntrattwali għall-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti għandhom, minbarra l-elementi msemmija fil-paragrafu 2, jinkludu tal-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
deskrizzjonijiet sħaħ tal-livell tas-servizz, inkluż aġġornamenti u r-reviżjonijiet tagħhom b’miri tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi preċiżi fil-limiti tal-livelli tas-servizz miftiehma biex jippermettu monitoraġġ effettiv mill-entità finanzjarja tas-servizzi tal-ICT u jippermettu t-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi xierqa, mingħajr dewmien żejjed, meta l-livelli tas-servizz miftiehma ma jintlaħqux;
|
|
(b)
|
il-perjodi ta’ avviż u l-obbligi ta’ rappurtar tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT lill-entità finanzjarja, inkluż in-notifika ta’ kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi s-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti b’mod effettiv f’konformità mal-livelli tas-servizz miftiehma;
|
|
(c)
|
rekwiżiti għall-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT biex jimplimenta u jittestja pjanijiet ta’ kontinġenza tan-negozju u biex ikollu fis-seħħ miżuri, għodod u politiki ta’ sigurtà tal-ICT li jipprovdu livell xieraq ta’ sigurtà biex l-entità finanzjarja tipprovdi s-servizzi tagħha skont il-qafas regolatorju tagħha;
|
|
(d)
|
l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipparteċipa u jikkoopera bis-sħiħ fit-TLPT tal-entità finanzjarja kif imsemmi fl-Artikoli 26 u 27;
|
|
(e)
|
id-dritt ta’ monitoraġġ, fuq bażi kontinwa, tal-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, li jinvolvi dan li ġej:
|
(i)
|
id-drittijiet mingħajr restrizzjonijiet ta’ aċċess, spezzjoni u awditjar mill-entità finanzjarja, jew parti terza ddeżinjata, u mill-awtorità kompetenti, u d-dritt li jittieħdu kopji tad-dokumentazzjoni rilevanti fuq il-post jekk ikunu kritiċi għall-operazzjonijiet tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, li l-eżerċizzju effettiv tagħhom mhuwiex imfixkel jew limitat minn arranġamenti kuntrattwali jew politiki ta’ implimentazzjoni oħrajn;
|
|
(ii)
|
id-dritt li jintlaħaq qbil fuq il-livelli alternattivi ta’ aċċertament jekk jiġu affettwati d-drittijiet ta’ klijenti oħra;
|
|
(iii)
|
l-obbligu tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jikkoopera bis-sħiħ matul l-ispezzjonijiet u l-awditi fuq il-post imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, mis-Sorveljant Ewlieni, mill-entità finanzjarja jew minn parti terza maħtura; u
|
|
(iv)
|
l-obbligu li jiġu pprovduti d-dettalji dwar l-ambitu, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-frekwenza ta’ tali spezzjonijiet u awditi;
|
|
|
(f)
|
strateġiji ta’ ħruġ, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni adegwat obbligatorju:
|
(i)
|
li matulu l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikompli jipprovdi l-funzjonijiet, jew is-servizzi tal-ICT rispettivi, bil-ħsieb li jitnaqqas ir-riskju ta’ tfixkil fl-entità finanzjarja jew biex jiġu żgurati r-riżoluzzjoni u r-ristrutturar effettivi tagħha;
|
|
(ii)
|
li jippermetti lill-entità finanzjarja temigra lejn fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT jew taqleb għal soluzzjonijiet interni konsistenti mal-kumplessità tas-servizz ipprovdut.
|
|
Permezz ta’ deroga mill-punt (e), il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u l-entità finanzjarja li tkun mikrointrapriża jistgħu jaqblu li d-drittijiet tal-entità finanzjarja ta’ aċċess, spezzjoni u awditjar jistgħu jiġu ddelegati lil parti terza indipendenti, maħtura mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, u li l-entità finanzjarja tista’ titlob informazzjoni u aċċertament fuq il-prestazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT mill-parti terza fi kwalunkwe ħin.
|
|
EULAW
|
Artikolu 30 4
4. Meta jinnegozjaw arranġamenti kuntrattwali, l-entitajiet finanzjarji u l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jikkunsidraw l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali standard żviluppati minn awtoritajiet pubbliċi għal servizzi speċifiċi.
|
|