+Annual Reporting of New Arrangements
|
Annual Reporting of New Arrangements
Report new service provider arrangements to the regulator, especially those supporting critical or important functions, to the regulator on a yearly basis, with immediate notification for critical services.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 8 5
5. L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw u jiddokumentaw il-proċessi kollha li jiddependu fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, u għandhom jidentifikaw l-interkonnessjonijiet ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdu servizzi li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 28 3
3. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu u jaġġornaw fil-livell tal-entità, u fil-livelli subkonsolidati u konsolidati, reġistru ta’ informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali kollha dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
L-arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddokumentati b’mod xieraq, filwaqt li ssir distinzjoni bejn dawk li jkopru s-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u dawk li le.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-għadd ta’ arranġamenti ġodda dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, il-kategoriji tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, it-tip ta’ arranġamenti kuntrattwali u s-servizzi u l-funzjonijiet tal-ICT li qed jiġu pprovduti.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, ir-reġistru sħiħ tal-informazzjoni jew, kif mitlub, taqsimiet speċifikati tiegħu, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala neċessarja biex tkun tista’ ssir is-superviżjoni effettiva tal-entità finanzjarja.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti fil-ħin dwar kwalunkwe arranġament kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT ippjanat li jappoġġja funzjonijiet kritiċi jew importanti kif ukoll meta funzjoni ssir kritika jew importanti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 28 6
6. Fl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-aċċess, tal-ispezzjoni u tal-awditjar fuq il-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jiddeterminaw minn qabel il-frekwenza tal-awditi u tal-ispezzjonijiet kif ukoll l-oqsma li għandhom jiġu awditjati billi jaderixxu ma’ standards tal-awditjar aċċettati b’mod komuni f’konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni superviżorja dwar l-użu u l-inkorporazzjoni ta’ tali standards tal-awditjar.
Fejn l-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT jinvolvu kumplessità teknika għolja, l-entità finanzjarja għandha tivverifika li l-awdituri, kemm jekk interni kif ukoll jekk esterni, jew diversi awdituri, għandhomx il-ħiliet u l-għarfien xieraq biex iwettqu l-awditi u l-valutazzjonijiet rilevanti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 4
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu, iżommu u jittestjaw perjodikament il-pjanijiet xierqa tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, b’mod partikolari fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti esternalizzati jew ikkuntrattati permezz ta’ arranġamenti ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 28 1
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jimmaniġġaw ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi bħala komponent integrali tar-riskju tal-ICT fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), u f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
|
(a)
|
l-entitajiet finanzjarji li għandhom fis-seħħ arranġamenti kuntrattwali għall-użu tas-servizzi tal-ICT biex iwettqu l-operat tagħhom għandhom, f’kull ħin, jibqgħu kompletament responsabbli għall-konformità mal-obbligi kollha u jwettquhom, skont dan ir-Regolament u l-liġi applikabbli dwar is-servizzi finanzjarji;
|
|
(b)
|
il-ġestjoni mill-entitajiet finanzjarji tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi għandha tiġi implimentata fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu:
|
(i)
|
in-natura, l-iskala, il-kumplessità u l-importanza tad-dipendenzi relatati mal-ICT,
|
|
(ii)
|
ir-riskji li jirriżultaw minn arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, b’kont meħud tal-kritikalità jew tal-importanza tas-servizz, il-proċess jew il-funzjoni rispettivi, u l-impatt potenzjali fuq il-kontinwità u fuq id-disponibbiltà tas-servizzi u l-attivitajiet finanzjarji, fil-livell individwali u fil-livell ta’ grupp.
|
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 28 4
4. Qabel ma jidħlu f’arranġament kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom:
|
(a)
|
jivvalutaw jekk l-arranġament kuntrattwali jkoprix l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti;
|
|
(b)
|
jivvalutaw jekk il-kundizzjonijiet superviżorji għall-ikkuntrattar humiex issodisfati;
|
|
(c)
|
jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji rilevanti kollha b’rabta mal-arranġament kuntrattwali, inkluż il-possibbiltà li tali arranġamenti kuntrattwali jistgħu jikkontribwixxu għal żieda fir-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT kif imsemmi fl-Artikolu 29;
|
|
(d)
|
iwettqu d-diliġenza dovuta kollha fuq fornituri terzi prospettivi ta’ servizzi tal-ICT u matul il-proċessi kollha tal-għażla u tal-valutazzjoni jiżguraw li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikun adatt;
|
|
(e)
|
jidentifikaw u jivvalutaw il-kunflitti ta’ interess li jista’ jikkawża l-arranġament kuntrattwali.
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 28 5
5. L-entitajiet finanzjarji jistgħu jidħlu biss f’arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jikkonformaw ma’ standards tas-sigurtà tal-informazzjoni xierqa. Fejn dawk l-arranġamenti kuntrattwali jikkonċernaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom, qabel ma jikkonkludu l-arranġamenti, iqisu kif xieraq l-użu, mill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, tal-aktar standards għolja u aġġornati ta’ kwalità fis-sigurtà tal-informazzjoni.
|
|
EULAW
|
Artikolu 28 8
8. Għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu strateġiji ta’ ħruġ. L-istrateġiji ta’ ħruġ għandhom iqisu r-riskji li jistgħu jfiġġu fil-livell ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, b’mod partikolari l-falliment possibbli min-naħa tagħhom, deterjorament tal-kwalità tas-servizzi tal-ICT ipprovduti, kwalunkwe tfixkil fl-operat minħabba forniment mhux xieraq jew li ma sarx ta’ servizzi tal-ICT jew kwalunkwe riskju materjali li jirriżulta b’rabta mal-użu xieraq u kontinwu tas-servizz tal-ICT rispettiv, jew it-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fil-paragrafu 7.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu joħorġu mill-arranġamenti kuntrattwali mingħajr:
|
(a)
|
tfixkil fl-attivitajiet tal-operat tagħhom,
|
|
(b)
|
limitazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti regolatorji,
|
|
(c)
|
detriment għall-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti.
|
Il-pjanijiet ta’ ħruġ għandhom ikunu komprensivi, dokumentati u, f’konformità mal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 4(2), għandhom jiġu ttestjati biżżejjed u rieżaminati perjodikament.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw soluzzjonijiet alternattivi u jiżviluppaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni li jippermettulhom ineħħu l-funzjonijiet u s-servizzi tal-ICT ikkuntrattati u d-data rilevanti mingħand il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT u li jittrasferuhom b’mod sigur u integrali lil fornituri alternattivi jew jinkorporawhom mill-ġdid internament.
L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom stabbiliti miżuri ta’ kontinġenza xierqa biex iżommu l-kontinwità tal-operat fil-każ li jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
EULAW
|
Artikolu 29 1
1. Meta jwettqu l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 28(4), il-punt (c), l-entitajiet finanzjarji għandhom ukoll iqisu jekk il-konklużjoni prevista ta’ arranġament kuntrattwali fir-rigward ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti twassalx għal xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
jiġi kkuntrattat fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li mhuwiex faċilment sostitwibbli; jew
|
|
(b)
|
jiġu stabbiliti bosta arranġamenti kuntrattwali b’rabta mal-forniment ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti mal-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT b’rabtiet mill-qrib.
|
L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżnu l-benefiċċji u l-kostijiet ta’ soluzzjonijiet alternattivi, bħall-użu ta’ fornituri terzi differenti ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jqisu jekk is-soluzzjonijiet previsti jaqblux mal-ħtiġijiet u l-objettivi tan-negozju stabbiliti fl-istrateġija ta’ reżiljenza diġitali tagħhom u kif.
|
|
EULAW
|
Artikolu 29 2
2. Meta l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jinkludu l-possibbiltà li fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikompli jissottokuntratta servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjoni kritika jew importanti lil fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżnu l-benefiċċji u r-riskji li jistgħu jinħolqu b’rabta ma’ tali sottokuntrattar, b’mod partikolari fil-każ ta’ sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz.
Fejn l-arranġamenti kuntrattwali jikkonċernaw servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu kif xieraq id-dispożizzjonijiet fil-liġi dwar l-insolvenza li japplikaw fil-każ tal-falliment ta’ fornitur terz ta’ servizz tal-ICT kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni li tista’ tinħoloq fir-rigward tal-irkupru urġenti tad-data tal-entità finanzjarja.
Meta jiġu konklużi arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz, l-entitajiet finanzjarji għandhom, apparti l-kunsiderazzjonijiet msemmija fit-tieni subparagrafu, iqisu wkoll il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-infurzar effettiv tal-liġi f’dak il-pajjiż terz.
Fejn l-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jipprevedu s-sottokuntrattar, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw jekk il-ktajjen potenzjalment twal jew kumplessi ta’ sottokuntrattar jistax ikollhom impatt, u kif jistgħu jħallu dan l-impatt, fuq il-kapaċità tagħhom li jimmonitorjaw bis-sħiħ il-funzjonijiet ikkuntrattati u l-kapaċità tal-awtorità kompetenti li twettaq superviżjoni b’mod effettiv fuq l-entità finanzjarja f’dak ir-rigward.
|
|