|
+Artikolu 122 1. |
Artikolu 122 1.Sabiex twettaq r-responsabbilitajiet superviżorji tagħha previsti fl-Artikolu 117, l-EBA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew deċiżjoni, tesiġi li l-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha bl-għan li l-EBA tkun tista’ taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:
(a)
emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti;
(b)
parti terza kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), li magħha emittent ta’ token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jkollhom arranġament kuntrattwali;
(c)
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi, istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment li jiżguraw il-kustodja tal-assi ta’ riżerva f’konformità mal-Artikolu 37;
(d)
emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti jew persuna li tikkontrolla jew li tkun ikkontrollata direttament jew indirettament minn emittent ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(e)
fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jforni servizzi ta’ pagament fir-rigward ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(f)
persuna fiżika jew ġuridika inkarigata mid-distribuzzjoni ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti f’isem emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(g)
fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jforni servizzi tal-kustodja u l- amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti fir-rigward ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(h)
operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi li tkun ammettiet għan-negozjar token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti jew ta’ token tal-flus elettroniċi sinifikanti;
(i)
il-korp maniġerjali tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (h). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|