+ANNESS IX INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1(4), L-EWWEL SUBPARAGRAFU, IL-PUNTI (DA) U (DB), U FL-ARTIKOLU 1(5), L-EWWEL SUBPARAGRAFU, IL-PUNT (BA)

ANNESS IX INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1(4), L-EWWEL SUBPARAGRAFU, IL-PUNTI (DA) U (DB), U FL-ARTIKOLU 1(5), L-EWWEL SUBPARAGRAFU, IL-PUNT (BA)




ANNESS IX

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DOKUMENT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 1(4), L-EWWEL SUBPARAGRAFU, IL-PUNTI (DA) U (DB), U FL-ARTIKOLU 1(5), L-EWWEL SUBPARAGRAFU, IL-PUNT (BA)

I. L-isem tal-emittent (inkluż il-LEI tiegħu), il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni, il-link tas-sit elettroniku tal-emittent.

II. Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument hija konformi mal-fatti u li d-dokument ma fih l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa t-tifsira tiegħu.

III. L-isem tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju f’konformità mal-Artikolu 20. Dikjarazzjoni li d-dokument ma jikkostitwixxix prospett skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u li d-dokument ma kienx soġġett għall-iskrutinju u għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju.

IV. Dikjarazzjoni ta’ konformità kontinwa mal-obbligi ta’ rapportar u ta’ żvelar matul il-perjodu ta’ ammissjoni għan-negozjar, inkluż skont id-Direttiva 2004/109/KE, meta tkun applikabbli, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u, meta jkun applikabbli, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/565.

V. Indikazzjoni ta’ fejn tkun disponibbli l-informazzjoni regolata ppubblikata mill-emittent skont l-obbligi ta’ żvelar kontinwi u, meta applikabbli, fejn jista’ jinkiseb l-aktar prospett reċenti.

VI. Meta jkun hemm offerta ta’ titoli għall-pubbliku, dikjarazzjoni li, fiż-żmien tal-offerta, l-emittent ma jkunx qiegħed jittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014.

VII. Ir-raġuni għall-ħruġ u l-użu tar-rikavati.

VIII. Il-fatturi ta’ riskju speċifiċi għall-emittent.

IX. Il-karatteristiċi tat-titoli (inkluż l-ISIN tagħhom).

X. Għall-ishma, id-dilwizzjoni u l-parteċipazzjoni azzjonarja wara l-ħruġ.

XI. Meta jkun hemm offerta ta’ titoli għall-pubbliku, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-offerta.

XII. Meta applikabbli, kwalunkwe suq regolat jew suq ta’ tkabbir tal-SMEs fejn it-titoli funġibbli bit-titoli li għandhom jiġu offruti lill-pubbliku jew li għandhom jiġu ammessi għan-negozjar f’suq regolat diġà jkunu ammessi għan-negozjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit