+Account Management

Account Management

Establish procedures for granting, changing, and revoking access rights, specifying roles and responsibilities. Define retention periods for access logs. Assign privileged, emergency, and administrator access on a need-to-use or ad-hoc basis, with automated solutions for privilege access management. Withdraw access rights promptly upon termination of employment or when no longer required. Conduct periodic reviews of access rights, ensuring at least annual reviews for non-critical ICT systems and semi-annual reviews for critical systems.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 20 1.
Bħala parti mill-kontroll tagħhom tad-drittijiet ta’ ġestjoni tal-aċċess, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politiki u proċeduri ta’ ġestjoni tal-identità li jiżguraw l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni uniċi tal-persuni fiżiċi u tas-sistemi li jaċċessaw l-informazzjoni tal-entitajiet finanzjarji biex jippermettu l-assenjament tad-drittijiet ta’ aċċess tal-utenti f’konformità mal-Artikolu 21.
EULAW Artikolu 20 2.

Il-politiki u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-identità msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), identità unika li tikkorrispondi għal kont tal-utent uniku għandha tiġi assenjata lil kull membru tal-persunal tal-entità finanzjarja jew tal-persunal tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li jaċċessaw l-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(b) 

proċess ta’ ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja għall-identitajiet u l-kontijiet li jimmaniġġaw il-ħolqien, it-tibdil, ir-rieżami u l-aġġornament, id-diżattivazzjoni temporanja u t-terminazzjoni tal-kontijiet kollha.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu rekords tal-kompiti kollha ta’ identità. Dawk ir-rekords għandhom jinżammu wara riorganizzazzjoni tal-entità finanzjarja jew wara t-tmiem tar-relazzjoni kuntrattwali mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti taż-żamma stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom, meta fattibbli u xieraq, jużaw soluzzjonijiet awtomatizzati għall-proċess tal-ġestjoni tal-identità taċ-ċiklu tal-ħajja.

EULAW Artikolu 21 Kontroll tal-aċċess

Artikolu 21

Kontroll tal-aċċess

Bħala parti mill-kontroll tagħhom tad-drittijiet ta’ ġestjoni tal-aċċess, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw, jiddokumentaw u jimplimentaw politika li jkun fiha dawn kollha li ġejjin:

(a) 

l-assenjazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għall-assi tal-ICT abbażi tal-prinċipji tal-ħtieġa ta’ tagħrif, tal-ħtieġa ta’ użu u tal-anqas privileġġ, inkluż għal aċċess mill-bogħod u ta’ emerġenza;

(b) 

is-segregazzjoni tad-dmirijiet imfassla biex jipprevjenu aċċess mhux iġġustifikat għal data kritika jew biex jipprevjenu l-allokazzjoni ta’ kombinazzjonijiet ta’ drittijiet ta’ aċċess li jistgħu jintużaw biex jiġu evitati l-kontrolli;

(c) 

dispożizzjoni dwar l-akkontabilità tal-utent, billi jiġi llimitat sa fejn ikun possibbli l-użu ta’ kontijiet tal-utenti ġeneriċi u kondiviżi u jiġi żgurat li l-utenti jkunu identifikabbli għall-azzjonijiet imwettqa fis-sistemi tal-ICT f’kull ħin;

(d) 

dispożizzjoni dwar ir-restrizzjonijiet tal-aċċess għall-assi tal-ICT, li tistabbilixxi kontrolli u għodod biex jiġi pprevenut aċċess mhux awtorizzat;

(e) 

proċeduri ta’ ġestjoni tal-kontijiet għall-għoti, għat-tibdil jew għar-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għall-kontijiet tal-utenti u l-kontijiet ġeneriċi, inklużi l-kontijiet tal-amministraturi ġeneriċi, u wkoll dispożizzjoni dwar dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-assenjazzjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet għall-għoti, għar-rieżami u għar-revoka tad-drittijiet ta’ aċċess;

(ii) 

l-assenjazzjoni ta’ aċċess privileġġat, ta’ emerġenza u ta’ amministratur fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ użu jew fuq bażi ad hoc għas-sistemi kollha tal-ICT;

(iii) 

l-irtirar tad-drittijiet ta’ aċċess mingħajr dewmien żejjed mat-terminazzjoni tal-impjieg jew meta l-aċċess ma jkunx għadu meħtieġ;

(iv) 

aġġornament tad-drittijiet ta’ aċċess fejn ikunu meħtieġa tibdiliet u mill-anqas darba fis-sena għas-sistemi kollha tal-ICT, għajr għas-sistemi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u mill-anqas kull 6 xhur għas-sistemi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;

(f) 

metodi ta’ awtentikazzjoni, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(i) 

l-użu ta’ metodi ta’ awtentikazzjoni proporzjonati għall-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u għall-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT u filwaqt li jitqiesu prattiki ewlenin;

(ii) 

l-użu ta’ metodi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom f’konformità ma’ prattiki u tekniki ewlenin għall-aċċess mill-bogħod għan-network tal-entità finanzjarja, għal aċċess privileġġat, għal aċċess għall-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti jew assi tal-ICT li huma aċċessibbli għall-pubbliku;

(g) 

miżuri ta’ kontroll għall-aċċess fiżiku li jinkludu:

(i) 

l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ persuni fiżiċi li huma awtorizzati jaċċessaw il-bini, iċ-ċentri tad-data u ż-żoni ddeżinjati sensittivi identifikati mill-entità finanzjarja fejn hemm l-assi tal-ICT u tal-informazzjoni;

(ii) 

l-għoti ta’ drittijiet ta’ aċċess fiżiku għal assi kritiċi tal-ICT lil persuni awtorizzati biss, f’konformità mal-prinċipji tal-ħtieġa ta’ tagħrif u tal-anqas privileġġ, u fuq bażi ad hoc;

(iii) 

il-monitoraġġ tal-aċċess fiżiku għall-bini, għaċ-ċentri tad-data u għal żoni ddeżinjati sensittivi identifikati mill-entità finanzjarja fejn ikun hemm l-assi tal-ICT u tal-informazzjoni jew it-tnejn li huma;

(iv) 

ir-rieżami tad-drittijiet ta’ aċċess fiżiku biex jiġi żgurat li d-drittijiet ta’ aċċess mhux meħtieġa jiġu rrevokati minnufih.

Għall-finijiet tal-punt (e)(i), l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ żamma filwaqt li jqisu l-objettivi tas-sigurtà tan-negozju u tal-informazzjoni, ir-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-avveniment fir-reġistri u r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT.

Għall-finijiet tal-punt (e)(ii), l-entitajiet finanzjarji għandhom, meta possibbli, jużaw kontijiet iddedikati għat-twettiq ta’ kompiti amministrattivi fuq is-sistemi tal-ICT. Meta jkun fattibbli u xieraq, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw soluzzjonijiet awtomatizzati għall-ġestjoni tal-aċċess għall-privileġġ.

Għall-finijiet tal-punt (g)(i), l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għandhom ikunu proporzjonati mal-importanza tal-bini, taċ-ċentri tad-data, taż-żoni ddeżinjati sensittivi u mal-kritikalità tal-operazzjonijiet jew tas-sistemi tal-ICT li jinsabu fihom.

Għall-finijiet tal-punt (g)(iii), il-monitoraġġ għandu jkun proporzjonat mal-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u għall-kritikalità taż-żona aċċessata.