+Artikolu 5 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bħala parti mir-reġistrazzjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bħala parti mir-reġistrazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Bħala parti mir-rekwiżiti fl-Artikolu 3(3)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-AIFMs għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-valur totali tal-assi mmaniġġjati kkalkulat skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 2.
Artikolu 5 2.

Bħala parti mir-rekwiżiti fl-Artikolu 3(3)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE l-AIFMs għandhom jipprovdu għal kull AIF id-dokument tal-offerta jew estratt rileventi mid-dokument tal-offerta jew deskrizzjoni ġenerali tal-istrateġija tal-investiment. L-estratt rilevanti mid-dokument tal-offerta u deskrizzjoni tal-istrateġija tal-investiment għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kategoriji prinċipali tal-assi li fihom jista’ jinvesti l-AIF;

(b) 

kwalunkwe setturi industrijali, ġeografiċi jew setturi oħra tas-suq jew klassijiet speċifiċi ta’ assi li huma l-fokus tal-istrateġija tal-investiment;

(c) 

deskrizzjoni tal-politika tal-AIF għat-teħid ta’ self jew ingranaġġ.

Artikolu 5 3.
Informazzjoni li għandha tingħata mill-AIFM skont il-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE hija elenkata fl-Artikolu 110(1) ta’ dan ir-Regolament. Għandha tingħata skont il-mudell proforma ta’ rappurtar kif stabbilit fl-Anness IV.
Artikolu 5 4.
L-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 3(3)(d) tad-Direttiva 2011/61/UE għandha tiġi kondiviża bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni, mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) fejn meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiethom.
Artikolu 5 5.
L-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni għandha tiġi aġġornata u mogħtija fuq bażi annwali. Għal raġunijiet relatati mal-eżerċitar tas-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li AIFM jagħti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2011/61/UE fuq bażi aktar frekwenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit