+Artikolu 77 2
|
Artikolu 77 2
2. L-iskeda ta' żmien tad-deċiżjoni konġunta tinkludi l-istadji li ġejjin:
|
(a)
|
it-tħejjija u ċ-ċirkolazzjoni tar-rapport dwar l-impediment sostantiv identifikat skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/59/UE mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp f'konsultazzjoni mas-superviżur konsolidanti u l-EBA;
|
|
(b)
|
il-preżentazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/59/UE mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-impriża prinċipali fl-Unjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn hemm fergħat importanti;
|
|
(c)
|
id-data li fiha l-impriża prinċipali fl-Unjoni tippreżenta lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp l-osservazzjonijiet u l-miżuri alternattivi tagħha sabiex tirrimedja l-impediment sostantiv, jekk ikun hemm, skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;
|
|
(d)
|
id-djalogu bejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u membri oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, dwar kwalunkwe osservazzjoni jew miżura alternattiva sabiex tirrimedja l-impediment sostantiv proposta mill-impriża prinċipali fl-Unjoni skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2014/59/UE, kif ikun xieraq;
|
|
(e)
|
l-iżvilupp tal-abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar miżuri li jindirizzaw jew ineħħu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà;
|
|
(f)
|
il-finalizzazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar miżuri li jindirizzaw jew ineħħu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà; kif ukoll
|
|
(g)
|
il-komunikazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar miżuri li jindirizzaw jew ineħħu impediment sostantiv għar-riżolvibbiltà.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
- EULAW_EL -
EULAW_EL
|