+Artikolu 80 2

Artikolu 80 2

2.   L-abbozz tad-deċiżjoni konġunta jistabbilixxi dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-isem tal-impriża prinċipali fl-Unjoni u l-entitajiet tal-grupp li għalihom tapplika u li magħhom hija marbuta d-deċiżjoni konġunta;

(b)

l-ismijiet tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji li jieħdu d-deċiżjoni konġunta;

(c)

l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u l-ismijiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-fergħat importanti li ġew ikkonsultati dwar ir-riżolvibbiltà tal-grupp, dwar il-miżuri li jindirizzaw jew ineħħu impedimenti sostantivi, u dwar l-osservazzjonijiet u l-miżuri alternattivi, jekk jeżistu, imressqa mill-impriża prinċipali fl-Unjoni;

(d)

l-ismijiet tal-osservaturi meta dawn l-osservaturi kienu involuti fil-proċess ta' deċiżjoni konġunta skont il-patti u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-osservaturi kif osservati fl-arranġamenti bil-miktub;

(e)

ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli relatati mat-tħejjija, l-iffinalizzar u l-applikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta;

(f)

id-data tad-deċiżjoni konġunta;

(g)

il-miżuri skont l-Artikolu 17(5) u (6) tad-Direttiva 2014/59/UE deċiżi mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u l-perjodu ta' żmien li fih l-entitajiet tal-grupp rispettivi jindirizzaw dawn il-miżuri;

(h)

meta l-miżuri proposti mill-impriża prinċipali fl-Unjoni ma jkunux aċċettati jew jiġu aċċettati f'parti minnhom biss mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, spjegazzjoni ta' kif il-miżuri proposti mill-impriża prinċipali fl-Unjoni huma vvalutati bħala miżuri li mhumiex xierqa għat-tneħħija tal-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri msemmijin fil-punt (g) inaqqsu jew ineħħu b'mod effettivl-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà;

(i)

sommarju tal-fehmiet li esprimew l-awtoritajiet ikkonsultati fil-proċess ta' deċiżjoni konġunta;

(j)

meta tkun ġiet ikkonsultata l-EBA matul il-proċess ta' deċiżjoni konġunta, spjegazzjoni ta' kwalunkwe tbegħid mill-pariri tal-EBA.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
  • EULAW_EL -

    EULAW_EL