+Artikolu 47 1.

Artikolu 47 1.

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali bl-informazzjoni ġenerali li ġejja, meta rilevanti:

(a) 

l-isem u l-indirizz tad-ditta tal-investiment, u d-dettalji ta' kuntatt neċessarji biex klijenti jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-kumpanija b'mod effettiv;

(b) 

il-lingwi li bihom il-klijent jista' jikkomunika mad-ditta tal-investiment, u jirċievi dokumenti u informazzjoni oħra mill-kumpanija;

(c) 

il-metodi ta' komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent li jinkludu, meta rilevanti, dawk biex jintbagħtu u jkunu riċevuti l-ordnijiet;

(d) 

dikjarazzjoni tal-fatt li d-ditta tal-investiment hi awtorizzata u l-isem u l-indirizz tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha;

(e) 

meta d-ditta tal-investiment tkun qiegħda taġixxi permezz ta' aġent kollegat, dikjarazzjoni ta' dan il-fatt li tispeċifika l-Istat Membru li fih dak l-aġent ikun irreġistrat;

(f) 

in-natura, il-frekwenza u ż-żmien tar-rapporti dwar il-forniment tas-servizz li d-ditta tal-investiment għandha tagħti lill-klijent skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g) 

meta d-ditta tal-investiment ikollha strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti, deskrizzjoni fil-qosor tal-passi li tieħu biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom, inklużi dettalji fil-qosor ta' kull kumpens jew skema ta' garanzija ta' depożiti rilevanti għall-investitur li tapplika għall-kumpanija minħabba l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru;

(h) 

deskrizzjoni, li tista' tingħata f'forma fil-qosor, tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess li tħaddan il-kumpanija skont l-Artikolu 34;

(i) 

fuq talba tal-klijent, dettalji ulterjuri ta' dik il-politika dwar kunflitti ta' interess f'mezz permanenti jew permezz ta' sit web (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) huma ssodisfati.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (i) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit