|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għall-finijiet li huma ‘l barra min-negozju, mill-kummerċ jew mill-professjoni tagħha;
(2)
“kreditur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-persuna;
(3)
“ftehim ta’ kreditu” tfisser ftehim li bih kreditur jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu fil-forma ta’ ħlas differit, self jew akkomodazzjoni finanzjarja simili oħra; ħlief għal ftehimiet għall-provvista fuq bażi kontinwa ta’ servizzi jew il-provvista ta’ oġġetti tal-istess xorta, fejn il-konsumatur iħallas għal tali servizzi jew oġġetti għat-tul ta’ żmien tal-provvista tagħhom permezz ta’ pagamenti rateali;
(4)
“servizz anċillari” tfisser servizz offrut lill-konsumatur flimkien mal-ftehim ta’ kreditu;
(5)
“kost totali tal-kreditu għall-konsumatur” tfisser il-kostijiet kollha, inkluż imgħax, kummissjonijiet, taxxi u kwalunkwe tip ta’ tariffa oħra li l-konsumatur għandu jħallas b’konnessjoni mal-ftehim ta’ kreditu u li huma magħrufin mal-kreditur, ħlief għal kostijiet notarili; il-kostijiet relatati ma’ servizzi anċillari fir-rigward tal-ftehim ta’ kreditu b’mod partikolari premiums tal-assigurazzjoni, huma wkoll inklużi fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur fejn, barra minn hekk, il-konklużjoni ta’ kuntratt fir-rigward ta’ tali servizzi anċillari huwa obbligatorju sabiex jinkiseb il-kreditu jew biex dan jinkiseb skont it-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati;
(6)
“ammont totali pagabbli mill-konsumatur” tfisser is-somma tal-ammont totali ta’ kreditu u l-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;
(7)
“rata perċentwali annwali ta’ imposta” jew “RPAI” tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali ta’ kreditu u kkalkulat kif imsemmi fl-Artikolu 30;
(8)
“rata tas-self” tfisser ir-rata tal-imgħax espressa bħala perċentwali fiss jew varjabbli applikata fuq bażi annwali għall-ammont ta’ ġbid ta’ kreditu;
(9)
“rata tas-self fissa” tfisser ir-rata tas-self li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu dwarha fil-ftehim ta’ kreditu għat-tul kollu tal-ftehim ta’ kreditu, jew diversi rati tas-self li l-kreditur u l-konsumatur jaqblu dwarhom fil-ftehim ta’ kreditu għal perjodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self huma determinati esklużivament minn perċentwal speċifiku fiss; jekk fil-ftehim ta’ kreditu ma jkunux determinati r-rati tas-self kollha, ir-rata tas-self għandha titqies bħala fissa biss għall-perjodi parzjali li għalihom ir-rati tas-self huma determinati esklużivament minn perċentwal speċifiku fiss miftiehma fil-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(10)
“ammont totali ta’ kreditu” tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali magħmula disponibbli skont ftehim ta’ kreditu;
(11)
“mezz durabbli” tfisser kull strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata lilu personalment b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet ta’ informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;
(12)
“intermedjarju tal-kreditu” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur jew nutar u li ma tkunx sempliċiment qed tintroduċi, direttament jew indirettament, konsumatur lil kreditur, u li, fl-eżerċizzju tal-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni ta’ dik il-persuna, għal remunerazzjoni, li tista’ tkun f’forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma ta’ kunsiderazzjoni finanzjarja oħra miftiehma:
(a)
tippreżenta jew toffri ftehimiet ta’ kreditu lil konsumaturi;
(b)
tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma preparatorja jew amministrazzjoni prekuntrattwali oħra fir-rigward ta’ ftehimiet ta’ kreditu minbarra kif imsemmi fil-punt (a); jew
(c)
tikkonkludi ftehim ta’ kreditu mal-konsumaturi f’isem il-kreditur;
(13)
“informazzjoni prekuntrattwali” tfisser l-informazzjoni li tingħata qabel li l-konsumatur ikun marbut bi ftehim ta’ kreditu jew, fejn applikabbli, bl-għoti ta’ offerta vinkolanti u li l-konsumatur jeħtieġ sabiex ikun jista’ jqabbel offerti ta’ kreditu differenti u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk għandux jikkonkludi l-ftehim ta’ kreditu;
(14)
“tfassil ta’ profili” tfisser tfassil ta’ profili kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4) tar-Regolament (UE) 2016/679;
(15)
“bejgħ abbinat” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ ftehim ta’ kreditu f’pakkett ma’ prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħra fejn il-ftehim ta’ kreditu ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat;
(16)
“prattika ta’ raggruppament” tfisser l-offerta jew il-bejgħ ta’ ftehim ta’ kreditu f’pakkett ma’ prodotti jew servizzi finanzjarji distinti oħra fejn il-ftehim ta’ kreditu huwa disponibbli wkoll għall-konsumatur b’mod separat iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal meta jiġu offruti abbinati flimkien ma’ dawk il-prodotti jew is-servizzi l-oħra;
(17)
“servizzi ta’ konsulenza” tfisser rakkomandazzjonijiet personali lil konsumatur rigward tranżazzjoni waħda jew aktar relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu u li jikkostitwixxu attività separata mill-għoti ta’ kreditu u mill-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni ta’ kreditu kif stabbilit fil-punt (12);
(18)
“faċilità ta’ overdraft” tfisser ftehim ta’ kreditu espliċitu li permezz tiegħu kreditur jagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrenti tal-konsumatur;
(19)
“overrunning” tfisser overdraft aċċettat taċitament li permezz tiegħu kreditur jagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont kurrenti tal-konsumatur jew fil-faċilità ta’ overdraft miftiehma;
(20)
“ftehim ta’ kreditu konness” tfisser ftehim ta’ kreditu fejn:
(a)
il-kreditu jservi esklużivament biex jiffinanzja ftehim għall-provvista ta’ oġġetti speċifiċi jew il-provvista ta’ servizz speċifiku; u
(b)
dawk iż-żewġ ftehimiet jiffurmaw, minn perspettiva oġġettiva, unità kummerċjali; unità kummerċjali għandha titqies li teżisti meta l-fornitur ta’ oġġetti jew il-fornitur ta’ servizz innifsu jiffinanzja l-kreditu lill-konsumatur jew, jekk ikun iffinanzjat minn parti terza, meta l-kreditur juża s-servizzi tal-fornitur ta’ oġġetti jew tal-fornitur ta’ servizz b’konnessjoni mal-kummerċjalizzazzjoni, il-konklużjoni jew it-tħejjija tal-ftehim ta’ kreditu, jew fejn l-oġġetti speċifiċi jew il-provvista ta’ servizz speċifiku huma espliċitament speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu;
(21)
“ħlas lura antiċipat” tfisser il-ħelsien sħiħ jew parzjali mill-obbligi tal-konsumatur skont ftehim ta’ kreditu, qabel id-data miftiehma fil-ftehim ta’ kreditu;
(22)
“servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn” tfisser assistenza personalizzata ta’ natura teknika, legali jew psikoloġika pprovduta minn operaturi professjonali indipendenti li mhumiex, b’mod partikolari, kredituri jew intermedjarji tal-kreditu kif definiti f’din id-Direttiva, jew xerrejja tal-kreditu jew servizzjanti tal-kreditu kif definit fl-Artikolu 3, il-punti (6) u (8), tad-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), favur il-konsumaturi li jesperjenzaw jew li jistgħu jesperjenzaw diffikultajiet biex jissodisfaw l-impenji finanzjarji tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|