+Artikolu 45h 5.

Artikolu 45h 5.

Fejn deċiżjoni konġunta ma titteħidx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f li għandu jiġi applikat għal kwalunkwe entità ta' grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità, fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a) 

l-opinjonijiet u r-riżervi espressi bil-miktub mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jkunu ġew meqjusa b'mod debitu, u

(b) 

fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-opinjonijiet u r-riżervi espressi bil-miktub mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ikunu ġew meqjusa b'mod debitu;

Fejn, fi tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a), u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perijodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perijodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perijodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ma għandhomx jirreferu l-kwistjoni lill-EBA għal medjazzjoni vinkolanti meta l-livell stabbilit mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja:

(a) 

ikun fi ħdan it-2 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f'konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45e; u

(b) 

jikkonforma mal-Artikolu 45c(7).

Jekk l-EBA tonqos milli tieħu deċiżjoni fi żmien xahar mir-riferiment tal-kwistjoni lilha, għandhom japplikaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom jiġu rieżaminati u fejn rilevanti aġġornati fuq bażi regolari.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit