+Artikolu 50 It-tiġdid ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.

Artikolu 50 It-tiġdid ta’ drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom jieħdu deċiżjoni dwar it-tiġdid tad-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju fil-ħin qabel l-iskadenza tad-durata ta’ dawk id-drittijiet, ħlief għal-liċenzji fejn, fil-mument tal-assenjazzjoni, il-possibbiltà ta’ tiġdid tkun ġiet espliċitament eskluża. Għal dak l-iskop, dawk l-awtoritajiet għandhom jivvalutaw il-ħtieġa ta’ tali tiġdid fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tad-detentur tad-dritt, u f’dan il-każ tal-aħħar mhux iżjed kmieni minn ħames snin qabel l-iskadenza tad-durata tad-drittijiet ikkonċernati. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-klawsoli ta’ tiġdid applikabbli għad-drittijiet eżistenti.
Artikolu 50 2.

Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fost l-oħrajn:

(a) 

it-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Artikolu 45(2) u l-Artikolu 48(2), kif ukoll tal-għanijiet ta’ politika pubblika skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b) 

l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ implimentazzjoni teknika adottata skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE;

(c) 

ir-rieżami tal-implimentazzjoni xierqa tal-kondizzjonijiet marbuta mad-dritt ikkonċernat;

(d) 

il-ħtieġa li tiġi promossa l-kompetizzjoni jew tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tiegħu skont l-Artikolu 52;

(e) 

il-ħtieġa li l-użu tal-ispektrum tar-radju jsir iktar effiċjenti fid-dawl tal-evoluzzjoni teknoloġika jew tas-suq;

(f) 

il-ħtieġa li jiġi evitat tfixkil gravi fis-servizz.

Artikolu 50 3.

Meta jikkunsidraw it-tiġdid possibbli tad-drittijiet individwali tal-użu tal-ispektrum armonizzat tar-radju li għalihom l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu jkun limitat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, u għandhom, fost l-oħrajn:

(a) 

jagħtu lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jesprimu fehmiethom permezz ta’ konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 23; u

(b) 

jiddikjaraw b’mod ċar ir-raġunijiet għal tali tiġdid possibbli.

L-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità kompetenti oħra għandhom iqisu kwalunkwe evidenza li tirriżulta mill-konsultazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tad-domanda tas-suq minn impriżi oħra apparti dawk li jkollhom id-drittijiet ta’ użu għall-ispektrum tar-radju fil-banda kkonċernata meta tiddeċiedi jekk iġġeddidx id-drittijiet ta’ użu jew torganizzax proċedura ta’ għażla ġdida sabiex tagħti d-drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 55.

Artikolu 50 4.
Deċiżjoni li ġġedded id-drittijiet individwali tal-użu għall-ispektrum armonizzat tar-radju tista’ tiġi akkumpanjata minn rieżami tat-tariffi kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet l-oħrajn marbuta magħha. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jaġġustaw it-tariffi tad-drittijiet ta’ użu skont l-Artikolu 42.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit