+Artikolu 9 Swieq forward
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.
---+Artikolu 9 8.
---+Artikolu 9 9.

Artikolu 9 Swieq forward

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1719, l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni għandhom joħorġu drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil jew ikollhom stabbiliti miżuri ekwivalenti li jippermettu lill-parteċipanti fis-suq, inkluż sidien ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, jużaw l-enerġija rinnovabbli, jiħħeġġjaw ir-riskji tal-prezzijiet, sakemm valutazzjoni tas-suq forward fuq il-konfini taż-żona tal-offerti mwettqa mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti ma turix li jkun hemm biżżejjed opportunitajiet ta’ ħħeġġjar fiż-żoni tal-offerti kkonċernati.
Artikolu 9 2.
Id-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil għandhom jiġu allokati, fuq bażi regolari, b’mod trasparenti, ibbażat fuq is-suq u nondiskriminatorju permezz ta’ pjattaforma unika ta’ allokazzjoni. Il-frekwenza tal-allokazzjoni u l-maturitajiet tal-kapaċità transżonali għal żmien twil għandhom jappoġġaw il-funzjonament effiċjenti tas-swieq forward tal-Unjoni.
Artikolu 9 3.
It-tfassil tas-suq forward tal-Unjoni għandu jinkludi l-għodod meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tal-parteċipanti fis-suq li jiħħeġġjaw ir-riskji tal-prezzijiet fis-suq intern tal-elettriku.
Artikolu 9 4.

Sas-17 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt ta’ miżuri possibbli biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 3. Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tkopri, fost oħrajn:

(a) 

bidliet possibbli fil-frekwenza tal-allokazzjoni għad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil;

(b) 

bidliet possibbli fil-maturitajiet tad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil, b’mod partikolari maturitajiet estiżi sa mill-inqas tliet snin;

(c) 

bidliet possibbli fin-natura tad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil;

(d) 

modi kif jista’ jissaħħaħ is-suq sekondarju; u

(e) 

l-introduzzjoni possibbli ta’ ċentri virtwali reġjonali għas-suq forward.

Artikolu 9 5.

Fir-rigward taċ-ċentri virtwali reġjonali għas-swieq forward, il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa skont il-paragrafu 4 għandha tkopri dan li ġej:

(a) 

l-ambitu ġeografiku adegwat taċ-ċentri virtwali reġjonali, inkluż iż-żoni tal-offerti li jikkostitwixxu dawk iċ-ċentri u sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ żoni tal-offerti li jkunu jappartjenu għal żewġ ċentri virtwali jew aktar, bl-għan li tiġi massimizzata l-korrelazzjoni tal-prezzijiet bejn il-prezzijiet ta’ referenza u l-prezzijiet taż-żoni tal-offerti li jikkostitwixxu ċentri virtwali reġjonali;

(b) 

il-livell ta’ interkonnettività tal-elettriku tal-Istati Membri, b’mod partikolari ta’ dawk l-Istati Membri taħt il-miri ta’ interkonnessjoni tal-elettriku għall-2020 u l-2030 stabbiliti fl-Artikolu 4, il-punt (d)(1), tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(c) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezzijiet ta’ referenza għaċ-ċentri virtwali reġjonali għas-swieq forward, bl-għan li jiġu mmassimizzati l-korrelazzjoni tal-prezz bejn il-prezz ta’ referenza u l-prezzijiet taż-żoni tal-offerti li jikkostitwixxu ċentru virtwali reġjonali;

(d) 

il-possibbiltà li ż-żoni tal-offerti jagħmlu parti minn aktar minn ċentru virtwali reġjonali wieħed;

(e) 

il-modi kif jiġu mmassimizzati l-opportunitajiet ta’ negozjar għall-prodotti ta’ ħħeġġjar li jirreferenzjaw iċ-ċentri virtwali reġjonali għas-swieq forward kif ukoll għad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil miż-żoni tal-offerti għaċ-ċentri virtwalireġjonali;

(f) 

il-modi kif jiġi żgurat li l-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 toffri l-allokazzjoni u tiffaċilita n-negozjar tad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil;

(g) 

l-implikazzjonijiet tal-ftehimiet intergovernattivi preeżistenti u d-drittijiet tagħhom.

Artikolu 9 6.
Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni tal-impatt imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sas-17 ta’ Lulju 2026, tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar il-miżuri u l-għodod biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-karatteristiċi preċiżi ta’ dawk il-miżuri u l-għodod. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 67(2).
Artikolu 9 7.
Il-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1719 għandha taġixxi bħala entità li toffri allokazzjoni u li tiffaċilita n-negozjar tad-drittijiet ta’ trażmissjoni għal żmien twil f’isem l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni. Għandu jkollha forma ġuridika kif imsemmi fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
Artikolu 9 8.
Meta awtorità regolatorja kompetenti tqis li ma jkunx hemm biżżejjed opportunitajiet ta’ ħħeġġjar disponibbli għall-parteċipanti fis-suq, tista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) meta s-swieq forward jikkonċernaw strumenti finanzjarji kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1), il-punt (15), ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi skambji tal-enerġija jew li l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni jimplimentaw miżuri addizzjonali, bħal attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq, biex tittejjeb il-likwidità tas-suq forward.
Artikolu 9 9.
Soġġett għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u mar-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 ( 7 ) u (UE) Nru 600/2014 ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mad-Direttiva 2014/65/UE, l-operaturi tas-suq jistgħu jiżviluppaw prodotti ta’ ħħeġġjar forward, inkluż prodotti ta’ ħħeġġjar forward għal żmien twil, biex jipprovdu lill-parteċipanti fis-suq, inkluż is-sidien ta’ faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli, b’possibbiltajiet xierqa għall-iħħeġġjar tar-riskji finanzjarji kontra l-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet. L-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu li din l-attività ta’ ħħeġġjar tista’ tkun limitata għal negozjar fi Stat Membru jew żona tal-offerti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit