+Artikolu 37 1.

Artikolu 37 1.

Kull ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jwettaq mill-inqas il-kompiti kollha ta' rilevanza reġjonali li ġejjin fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema kollu kemm hu fejn ikun stabbilit:

▼M2

(a) 

it-twettiq tal-kalkolu tal-kapaċità koordinata f’konformità mal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida għall-allokazzjoni tal-kapaċità bil-quddiem, stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/1719, il-linja gwida għall-allokazzjoni tal-kapaċità u għall-ġestjoni tal-konġestjoni stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/1222 u l-linja gwida għall-ibbilanċjar tal-elettriku stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2195;

▼B

(b) 

it-twettiq tal-analiżi koordinata tas-sigurtà f'konformità mal-metodoloġiji żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(c) 

il-ħolqien ta' mudelli tal-grilja komuni f'konformità mal-metodoloġiji u mal-proċeduri żviluppati skont il-linja gwida dwar it-tħaddim tas-sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(d) 

l-appoġġ għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-pjanijiet ta' difiża u ta' restawr tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-kodiċi tan-netwerk għall-emerġenza u restawr adottat abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(e) 

it-twettiq ta' previżjonijiet u tħejjija reġjonali dwar l-adegwatezza tas-sistema minn ġimgħa bil-quddiem sa mill-anqas ġurnata bil-quddiem tal-azzjonijiet li jnaqqsu r-riskji f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (UE) 2019/941 u mal-proċeduri stabbiliti fil-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(f) 

it-twettiq ta' koordinazzjoni tal-ippjanar tal-indisponibbiltà reġjonali f'konformità mal-proċeduri u metodoloġiji stabbiliti fil-Linja Gwida dwar it-Tħaddim tas-Sistema adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009;

(g) 

it-taħriġ u ċertifikazzjoni għall-persunal li jaħdem għaċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali;

(h) 

l-appoġġ lill-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-restawr reġjonali kif mitlub minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;

(i) 

it-twettiq ta' analiżi u rappurtar ta' wara t-tħaddim u t-tfixkil;

(j) 

l-iffissar tad-dimensjoni reġjonali tal-kapaċità ta' riserva;

(k) 

l-iffaċilitar tal-akkwist reġjonali tal-kapaċità ta' bbilanċjar;

(l) 

l-appoġġ lill-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni, fuq talba tagħhom, fl-ottimizzazzjoni tas-saldu fost l-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni;

(m) 

it-twettiq ta' kompiti relatati mal-identifikazzjoni tax-xenarji ta' kriżi reġjonali tal-elettriku jekk u sal-punt li jiġu ddelegati liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/941;

(n) 

it-twettiq ta' relatati mal-identifikazzjoni tal-valutazzjonijiet staġonali tal-adegwatezza jekk u safejn jiġu ddelegati liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Reġjonali skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/941;

(o) 

il-kalkolu tal-valur tal-kapaċità fi dħul massimu disponibbli għall-parteċipazzjoni tal-kapaċità barranija fil-mekkaniżmi ta' kapaċità għal skopijiet ta' formulazzjoni ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 26(7).

(p) 

it-twettiq ta' kompiti relatati mal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet għal kapaċità ta' trażmissjoni ġdida, għal titjib fil-kapaċità ta' trażmissjoni eżistenti jew l-alternattivi tagħhom, li għandhom jiġu ppreżentati lill-gruppi reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 u inklużi fil-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu huma stabbiliti f'aktar dettall fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit