Artikolu 29
Emendi fiċ-ċertifikati u fil-formoli
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 sabiex temenda l-Annessi I, II, III, V u VI bil-għan li tindirizza b’mod effettiv ħtieġa possibbli għal titjib fir-rigward tal-kontenut tal-formoli tal-EPOC u tal-EPOC-PR u tal-formoli li għandhom jintużaw sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-impossibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ EPOC jew ta’ EPOC-PR, jiġi kkonfermat il-ħruġ ta’ talba għal produzzjoni wara Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea u tiġi estiża l-preservazzjoni tal-evidenza elettronika.