3. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti C, bil-ħsieb li jidentifikaw jekk hemmx telf kritiku tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li jqisu d-data rilevanti u l-għarfien xjentifiku disponibbli. L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija elenkati fl-Anness I, il-Parti D, bil-ħsieb li jivvalutaw l-impatt tal-issiġillar tal-ħamrija u tat-tneħħija tal-ħamrija fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema u fuq l-objettivi u l-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.