|
+Artikolu 14 |
Artikolu 14Artikolu 14 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jassiguraw li kull żbark ta' Dissostichus spp. fil-portijiet tagħhom jkun akkumpanjat minn dokument ta' qbid komplut. l-Artikolu 15 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mizuri kollha neċessarji biex jiżguraw li kull ġarr bil-bastiment tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom huwa akkumpanjat mid-dokument jew dokumenti magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni li jikkorrispondu għall-kwantità totali tad-Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr bil-bastiment. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom jew aġenti uffiċjali kompetenti oħra jitolbu u jeżaminaw id-dokumentazzjoni ta’ kull ġarr bil-bastiment tad-Dissostichus spp. impurtat ġo jew esportat mit-territorju tagħhom biex jivverifikaw li tinkludi d-dokument jew id-dokumenti tal-qabda li huma magħmula validi bl-esportazzjoni jew bir-riesportazzjoni li jikkorrispondu għall-kwantità totali tad-Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr bil-bastiment. Dawn l-awtoritajiet jew l-aġenti jistgħu wkoll jeżaminaw il-kontenut ta’ kull ġarr bil-bastiment biex jivverifikaw l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument jew dokumenti tal-qabda. 3. L-Istati Membri għandhom jinfumaw lill-Kummissjoni b’kull istanza fejn ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jindikaw li l-ħtiġijiet tad-dokumentazzjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament ma ġewx rispettati. 4. Id-Dokument tal-qabda tad-Dissostichus spp. magħmul validu bl-esportazzjoni huwa wieħed li: (a) jinkludi l-informazzjoni kollha speċifikata fl-Anness I u il-firem kollha neċessarji; u (b) jinkludi ċ-ċertifikat iffirmat jew immarkat bil-boll mill-aġent uffiċjali ta’ l-Istat esportatur, li jafferma l-akkuratezza ta’ l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|