+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

1. “Ditergent” tfisser kull sustanza jew ►M2  taħlita ◄ li jkun fiha sapun u/jew surfactants oħra maħsuba għal proċessi ta' ħasil u tindif. Diterġenti jistgħu ikunu f'kull għamla (likwidi, trab, pasta, biċċa waħda, kejk, biċċa ffurmata, etc) u mqiegħda fis-suq jew użati għal skopijiet domestiċi, istituzzjonali jew industrijali).

Prodotti oħra li għandhom ikunu kkunsidrati bħala diterġenti huma:

— “ ►M2  Taħlita ◄ awżiljari għall-ħasil”, maħsuba għal tgħaddis fl-ilma (qabel il-ħasla), tlaħliħ jew ibbliċjar ta' ħwejjeġ, bjankerija, eċċ.;

— “Sustanza li trattab id-drapp fil-ħasil”, maħsuba biex tibdel kif jinħass id-drapp fi proċessi li għandhom jikkumplimentaw il-ħasil tal-ħwejjeġ;

— “ ►M2  Taħlita ◄ ta' tindif”, maħsuba għal oġġetti għal kull tindif domestiku u/jew tindif ieħor ta' uċuħ (e.g.: materjal, makkinarju, mezzi mekkaniċi, mezzi ta' trasport u tagħmir, strumenti, apparat, eċċ. assoċjati);

— “ ►M2  Taħlitiet ◄ oħra għal tindif u ħasil”, maħsuba għal kull proċessi oħra ta' ħasil u tindif.

▼M5

1a. “Diterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur” tfisser diterġent għall-ħwejjeġ li jitqiegħed fis-suq għall-użu minn persuni mhux professjonisti, inkluż fil-laundrettes pubbliċi.

1b. “Diterġent tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur” tfisser diterġent imqiegħed fis-suq għall-użu f’magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi minn persuni mhux professjonali.

▼B

2. “Ħasil” tfisser it-tindif ta' ħwejjeġ maħmuġin, oġġetti tad-drapp, dixxijiet u wċuħ iebsa oħra.

▼M5

3. “Ħasil” tfisser il-proċess li bih residwu mhux mixtieq jitneħħa minn substrat jew minn ġo substrat u jinġieb fi stat ta’ taħlil jew tifrix.

▼B

4. “Sustanza” tfisser elementi kimiċi u l-komposti tagħhom fl-istat naturali jew miksuba bi proċess ta' produzzjoni, inklużi addittivi meħtieġa għall-priservazzjoni ta' l-istabbiltà tal-prodotti u kull impurità li tirriżulta mill-proċess użat, iżda eskluż kull solvent li jista' jiġi separat mingħajr ma jaffettwa l-istabbilità tas-sustanza jew jibdel il-komposizzjoni tagħha.

5. “ ►M2  Taħlita ◄ ” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew iżjed.

6. “Surfactant” tfisser kull sustanza organika u/jew ►M2  taħlita ◄ wżata f'diterġenti, bi kwalitajiet attivi f'wiċċ l-ilma u li tkun tikkonsisti fi grupp wieħed jew iżjed idrofiliku u grupp idrofiliku wieħed jew iżjed ta' natura u daqs tali li tkun tista' tnaqqas mit-tensjoni f'wiċċ l-ilma, u li tifforma saffi ħoxnin ta' molekula waħda li jinfirxu jew li jassorbixxu fl-interface ta' l-ilma-arja, u li tifforma emulsjonijiet u/jew mikroemulsjonijiet u/jew miċelli, u li tassorbixxi f'interfaces ta' ilma-solidi.

7. “Biodegradazzjoni primarja” tfisser it-tibdil strutturali (trasformazzjoni) ta' surfactant b'mikro-organiżmi li jirriżulta fit-telf tal-kwalità' tiegħu attiva f'wiċċ l-ilma minħabba degradazzjoni tas-sustanza ġenitura u telf konsegwenti tal-kwalità attiva f'wiċċ l-ilma kif imkejla b'metodi ta' testijiet elenkati fl-Anness II.

8. “Biodegradazzjoni aerobika finali” tfisser il-livell ta' biodegradazzjoni miksub meta s-surfactant ikun użat totalment minn mikro-organiżmi fil-preżenza ta' ossiġenu li jirriżulta fit-tifrik tiegħu f'dijossidu tal-karbonju, ilma u melħ minerali ta' elementi oħra preżenti (mineralizzazzjoni), kif imkejla b'metodi ta' testijiet elenkati fl-Anness III, u kostitwenti ġodda ċellulari mikrobiċi (biomassa).

▼M5

9. “Tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jitqies li hu tqegħid fis-suq.

9a. “Tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser kwalunkwe provvista għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas.

▼B

10. “Fabbrikant” tfisser persuna naturali jew ġuridika responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' diterġent jew surfactant għal diterġent; b'mod partikolari, produttur, importatur, wieħed li jippakkja u li jaħdem għal rasu, jew kull persuna li tibdel il-karatteristiċi ta' diterġent jew surfactant għal xi diterġent, jew li toħloq jew tibdel it-tikkettjar tagħhom, għandha titqies li hi fabbrikant. Distributur li ma jibdilx il-karatteristiċi, tikkettjar jew il-pakkjar ta' diterġent, jew ta' surfactant għal diterġent, m'għandux jiġi meqjus li hu fabbrikant, ħlief meta jaġixxi ta' importatur.

11. “Persunal mediku” tfisser tabib reġistrat, jew persuna li taħdem taħt id-direzzjoni ta' tabib reġistrat, li jaħdmu fil-kura ta' pazjenti, jagħmlu dijanjosi jew li jieħdu ħsieb il-kura ta' pazjenti, u li jkunu taħt il-ġurament ta' segretezza professjonali.

12. “Diterġent industrijali u istituzzjonali” tfisser diterġent għal ħasil u tindif mhux domestiku, imwettaq minn persunal speċjalizzat li jużaw prodotti speċifiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit