|
+Artikolu 3 It-tqegħid fis-suq |
Artikolu 3 It-tqegħid fis-suqArtikolu 3 It-tqegħid fis-suq 1. Meta mqiegħda fis-suq, diterġenti u surfactants għal diterġenti msemmija f'Artikolu I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet, karatteristiċi u limiti preskritti f'dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu, meta rilevanti, fid-Direttiva 98/8/KE u f'kull leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Komunità. Surfactants li jkunu wkoll sustanzi attivi fit-tifsira tad-Direttiva 98/8/KE u li jkunu wżati bħala disinfettanti huma eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi II, III IV u VIII ta' dan ir-Regolament basta: (a) li jkunu elenkati fl-Anness I jew IA tad-Direttiva 98/8/KE, jew (b) li jkunu kostitwenti ta' prodotti bioloġiċi awtorizzati skond Artikolu 15(1) jew 15(2) tad-Direttiva 98/8/KE, jew (ċ) li jkunu kostitwenti ta' prodotti bioloġiċi permessi skond il-miżuri transitorji jew suġġetti għall-programm ta' xogħol ta' 10 snin previst f'Artikolu 16 tad-Direttiva 98/8/KE. Minflok, dawn is-surfactants jiġu meqjusa bħala diżinfettanti u d-diterġenti li tagħhom huma ingredjenti huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar tikkettjar għal diżinfettanti ta' l-Anness VII A. 2. Fabbrikanti ta' diterġenti u/jew surfactants għal diterġenti għandhom jiġu stabbiliti fil-Komunità. 3. Il-fabbrikanti għandhom ikunu responsabbli għall-konformità ta' diterġenti u/jew surfactants għal diterġenti ma' dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|