|
+Artikolu 4 Limitazzjonijiet bażati fuq il-biodegradibilità ta'surfactants |
Artikolu 4 Limitazzjonijiet bażati fuq il-biodegradibilità ta'surfactantsArtikolu 4 Limitazzjonijiet bażati fuq il-biodegradibilità ta' surfactants 1. Skond dan ir-Regolament, surfactants u diterġenti li jkun fihom surfactants li jħarsu l-kriterji dwar il-biodigradazzjoni aerobika finali kif preskritt fl-Anness III jistgħu jitqiegħdu fis-suq bla aktar limitazzjonijiet relatati ma' biodegradibilità. 2. Jekk diterġent ikun fih surfactants li għalihom il-livell ta' biodigradazzjoni aerobika finali tkun inqas minn dak stipulat fl-Anness III, fabbrikanti ta' diterġenti industrijali jew istituzzjonali li jkun fihom surfactants, u/jew surfactants għal diterġenti industrijali jew istituzzjonali, jistgħu jitolbu deroga. Talbiet għal derogi għandhom isiru u jiġu deċiżi skond Artikoli 5, 6 u 9. 3. Il-livell ta' biodigradibilità primarja għandu jitkejjel f'surfactants ġo diterġenti li jkunu weħlu minn testijiet dwar biodigradazzjoni aerobika finali. Surfactants ta' diterġenti, li l-livell tagħhom ta' biodigradibilità primarja ikun inqas minn dak stipulat fl-Anness II, m'għandhomx jingħataw deroga. L-Artikolu 4a Il-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru Id-diterġenti elenkati fl-Anness VIa li ma jikkonformawx mal-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru stabbiliti f’dak l-Anness m’għandhomx jitqegħdu fis-suq mid-dati ffissati fih. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|