|
+Artikolu 8 Dmirijiet ta' l-Istati Membri |
Artikolu 8 Dmirijiet ta' l-Istati MembriArtikolu 8 Dmirijiet ta' l-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti responsabbli għal komunikazzjoni u bdil ta' informazzjoni dwar l-amministrazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz ta' dawn l-awtoritajiet. 2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-lista tal-laboratorji approvati, bl-ismijiet u l-indirizzi sħaħ tagħhom, li jkunu kompetenti u awtorizzati biex iwettqu testijiet mitluba b'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom juru l-kompetenza tal-laboratorji msemmija hawn fuq skond l-istandard EN ISO/IEC 17025 imsemmi fl-Anness I.1. Din il-kondizzjoni tiġi meqjusa bħala mħarsa jekk l-Istat Membru jkun ivverifika l-konformita tal-laboratorji mal-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju skond Artikolu 2004/9/KE. 3. Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha għax taħseb li laboratorju approvat m'għandux il-kompetenza msemmija fil-paragrafu 2, għandha tqajjem il-każ fil-Kumitat imsemmi f'Artikolu 12. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-laboratorju m'għandux il-kompetenza meħtieġa, l-isem tal-laboratorju approvat għandu jitħassar mil-lista msemmija fil-paragrafu 4. Artikolu 15(2) għandu japplika, ħlief fil-każ ta' laboratorji li jgħidu li huma jikkonformaw mal-ħtiġijiet ta' prattika tajba ta' laboratorju, li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2004/9/KE dwar nuqqas ta' konformità. 4. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-listi tal-awtoritajiet kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 1, u tal-laboratorji approvati, imsemmija fil-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|