|
+Artikolu 10 Miżuri ta' kontroll |
Artikolu 10 Miżuri ta' kontrollArtikolu 10 Miżuri ta' kontroll 1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu japplikaw, kif xieraq, il-miżuri kollha meħtieġa ta' kontroll għal diterġenti mqiegħda fis-suq li jiżguraw li l-prodott iħares id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-metodu ta' referenza għandu jkun it-test u l-metodi analitiċi msemmija fl-Anness VIII. Dawn il-miżuri ta' kontroll m'għandhomx jobbligaw lill-fabbrikanti li jirrepetu testijiet magħmula minn laboratorji li jħarsu l-kondizzjonijiet indikati f'Artikolu 8(2), jew li jħallsu għal xi test repetut jew addizzjonali, basta li t-test tal-bidu jkun wera li d-diterġenti, jew surfactants użati bħala ingredjenti fid-diterġenti kienu konformi ma' dan ir-Regolament. 2. F'dawk il-każi li dwarhom ikun hemm tħassib li xi test imwettaq skond il-metodi elenkati fl-Anness II, III, IV jew VIII ikun irriżulta f'riżultati posittivi foloz, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 12(2), tivverifika dawk ir-riżultati u tieħu l-passi meħtieġa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|