|
1. Diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur
|
M’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosfru huwa ugwali għal jew akbar minn 0,5 grammi fil-kwantità rakkomandata tad-diterġent li għandu jintuża fiċ-ċiklu ewlieni tal-proċess ta’ ħasil għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard kif definit fit-taqsima B tal-Anness VII għal ilma pjuttost tqil
— għal drapp “maħmuġ ftit” fil-każ ta’ diterġenti magħmula għal xogħol iebes;
— għal drapp “kemm kemm maħmuġ” fil-każ ta’ diterġenti magħmula għal drapp delikat.
|
fit-30 ta’ Ġunju 2013.
|
|
2. Diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur
|
M’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosfru huwa ugwali għal jew akbar minn 0,3 grammi fid-dożaġġ standard kif definit fit-taqsima B tal-Anness VII
|
l-1 ta’ Jannar 2017
|