+Artikolu 8 Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
---+Artikolu 8 10.
---+Artikolu 8 11.

Artikolu 8 Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti

Obbligi ġenerali tal-fabbrikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li meta l-magni tagħhom jitqiegħdu fis-suq dawn ikunu ġew iffabbrikati u approvati f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 8 2.
Fejn il-fabbrikanti jimmodifikaw magna li hija soġġetta għal approvazzjoni tat-tip tal-UE b'tali mod li sussegwentement tikkwalifika biex tappartjeni għal kategorija jew subkategorija differenti, huma għandhom ikunu responsabbli milli jiżguraw li l-magna tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għal dik il-kategorija jew subkategorija.

Fejn persuna ġuridika timmodifika magna b'tali mod li ma tibqax konformi mal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli għaliha skont il-kategorija jew subkategorija tagħha, dik il-persuna għandha titqies li tkun responsabbli biex terġa' tistabbilixxi konformità ma' dawk il-limiti tal-emissjonijiet.

Artikolu 8 3.
Il-fabbrikanti għandhom ikunu responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux involuti direttament fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' magna.
Artikolu 8 4.
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' f'konformità mat-tip approvat u għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' magni fis-servizz f'konformità mal-Artikolu 19.

Il-bidliet fid-disinn jew karatteristiċi ta' tip ta' magna u l-bidliet fir-rekwiżiti li tip ta' magna hija ddikjarata li tkun f'konformità magħhom għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni f'konformità mal-Kapitolu VI.

Artikolu 8 5.
Minbarra l-marki statutorji msemmija fl-Artikolu 32, il-fabbrikanti għandhom jindikaw, fuq il-magni tagħhom li jkunu ffabrikaw i li jqiegħdu fis-suq jew, meta dan ma jkunx possibbli, f'dokument li jakkumpanja lill-magna, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati.
Artikolu 8 6.
Fuq talba motivata, il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lill-OEM b'duplikat tal-marka statutorja msemmija fl-Artikolu 15(4).
Artikolu 8 7.
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li, dment li huma responsabbli għal magna, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha ma' dan il-Kapitolu u l-Kapitolu III.
Artikolu 8 8.
Il-fabbrikanti għandhom iżommu ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-anness tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) u, fejn applikabbli, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 31 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perijodu ta' 10 snin wara t-tqegħid fis-suq ta' magna.
Artikolu 8 9.
Il-fabbrikanti għandhom jipprovdu lil awtoritajiet nazzjonali, fuq talba motivata u permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal magna. Dik il-kopja għandha tkun b'lingwa li tista' faċilment tinftiehem mill-awtorità nazzjonali rikjedenti.
Artikolu 8 10.
Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni, il-fabbrikanti stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed li jkun stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżentahom fit-trattattivi tagħhom mal-awtorità tal-approvazzjoni.
Artikolu 8 11.
Għall-iskop tas-sorveljanza tas-suq, il-fabbrikanti stabbiliti barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant wieħed stabbilit barra mill-Unjoni, li jista' jkun ir-rappreżentant imsemmi fil-paragrafu 10.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit