+Artikolu 11 Obbligi ġenerali tal-importaturi
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.

Artikolu 11 Obbligi ġenerali tal-importaturi

Obbligi ġenerali tal-importaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq biss magni li jkunu konformi u li jkunu rċevew approvazzjoni tat-tip tal-UE.
Artikolu 11 2.

Qabel ma jqiegħdu fis-suq magna tat-tip approvat tal-UE, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a) 

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-annessi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) ikun disponibbli;

(b) 

il-magna jkollha l-marka statutorja msemmija fl-Artikolu 32;

(c) 

il-magna tikkonforma mal-Artikolu 8(5).

Artikolu 11 3.
Għal perijodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-magna, l-importaturi għandhom iżommu, fejn applikabbli, kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 31 għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq, u għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE bl-annessi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 23(1) ikun jista' jitpoġġa disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, fuq talba tagħhom.
Artikolu 11 4.
L-importaturi għandhom jindikaw, fuq il-magna jew, meta dak ma jkunx possibbli, f'dokument li jakkumpanja lill-magna, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fejn jistgħu jiġu kkuntattjati.
Artikolu 11 5.
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-magna tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u l-istruzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43.
Artikolu 11 6.
L-importaturi għandhom jiżguraw li, sakemm huma responsabbli għal magna, il-kondizzjonijiet tal-ħażna jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tagħha ma' dan il-Kapitolu jew il-Kapitolu III.
Artikolu 11 7.
L-importaturi għandhom jipprovdu lill-awtorità nazzjonali rikjedenti, fuq talba motivata, bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex tintwera l-konformità ta' magna. Dawk l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom ikunu b'lingwa li tista' faċilment tinftiehem mill-awtorità rikjedenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit