+Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
|
Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-awtorità tal-approvazzjoni li tirċievi l-applikazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE lit-tipi ta' magni kollha jew lill-familji ta' magni kollha li jikkonformaw ma' kull wieħed mill-elementi li ġejjin:
(a)
id-dettalji fil-folder ta' informazzjoni;
(b)
ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-konformità tal-arranġamenti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 26.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Fejn magna tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhom jimponu ebda rekwiżit ieħor tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost għal makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn tiġi installata tali magna.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Wara d-dati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni indikati fl-Anness III għal kull subkategorija ta' magni, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni ma għandhomx jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew għal familja ta' magni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiġu nnumerati f'konformità mas-sistema armonizzata li għandha tiġi stipulata mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Permezz tal-IMI l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:
(a)
tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li tkun tat, jew, fejn applikabbli, estendiet, fi żmien xahar mill-ħruġ taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE korrispondenti;
(b)
tagħmel disponibbli mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE li hija tkun irrifjutat li tagħti jew li tkun irtirat, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;
(c)
fi żmien xahar minn meta tirċievi talba mill-awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor, tibgħat lil dik l-awtorità tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għat-tip ta' magna jew familja ta' magni, fejn dan ikun jeżisti, flimkien mal-pakkett ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 6 għal kull tip ta' magna jew familja ta' magni li hija tkun approvat, irrifjutat li tapprova jew l-approvazzjoni tat-tip tal-UE li tkun irtirat;
|
|
Artikolu 22 6.
|
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tħejji pakkett ta' informazzjoni li jikkonsisti fil-folder ta' informazzjoni kif ukoll fir-rapporti dwar it-testijiet u d-dokumenti l-oħra kollha miżjuda mis-servizz tekniku jew mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-folder ta' informazzjoni matul it-twettiq ta' xogħolhom (“il-pakkett ta' informazzjoni”). Il-pakkett ta' informazzjoni għandu jinkludi indiċi li jelenka l-kontenut tal-pakkett ta' informazzjoni, innumerati kif dovut jew inkella mmarkati b'xi mod ieħor biex jiġu identifikati b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument, biex jiġi ppreżentat bħala reġistru tal-passi suċċessivi fl-immaniġġar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b'mod partikolari d-dati tar-reviżjonijiet u l-aġġornamenti. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li jkun fih il-pakkett ta' informazzjoni tkun disponibbli għal perijodu ta' mill-inqas 25 sena wara tmiem il-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernata.
|
|
Artikolu 22 7.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw:
(a)
il-metodu kif għandha tiġi stabbilita s-sistema armonizzata ta' numerazzjoni msemmija fil-paragrafu 4;
(b)
il-mudelli u l-istruttura tad-data għall-iskambju tad-data msemmi fil-paragrafu 5.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|