+Artikolu 26 Konformità tal-arranġamenti għall-produzzjoni
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
|
Artikolu 26 Konformità tal-arranġamenti għall-produzzjoni
Konformità tal-arranġamenti għall-produzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika, jekk ikun hemm bżonn b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, li saru arranġamenti adegwati bil-għan li jiżguraw li l-magni fil-produzzjoni jkunu f'konformità mat-tip approvat fir-rigward tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li d-dikjarazzjonijiet ta' konformità maħruġa mill-fabbrikant ikunu konformi mal-Artikolu 31.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Awtorità tal-approvazzjoni li tat approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta' dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika, jekk ikun hemm bżonn b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkomplu jkunu adegwati fis-sens li l-magni fil-produzzjoni jkomplu jkunu f'konformità mat-tip approvat u li d-dikjarazzjonijiet tal-konformità, fejn applikabbli, jkomplu jkunu konformi mal-Artikolu 31.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Sabiex tivverifika l-konformità ta' magna mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tista' twettaq kwalunkwe wieħed mill-kontrolli jew mit-testijiet li huma meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-fabbrikant, inklużi fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-fabbrikant.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Fejn awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 mhumiex qegħdin jiġu applikati, qegħdin jiddevjaw b'mod sinifikanti mill-arranġamenti miftiehma kif imsemmi fil-paragrafu 1, ma baqgħux jiġu applikati jew ma għadhomx meqjusa bħala adegwati, anki jekk il-produzzjoni qiegħda tissokta, hija għandha jew tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b'mod korrett, inkella għandha tirtira l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-miżuri ddettaljati li jridu jittieħdu u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni sabiex jiżguraw li l-magni fil-produzzjoni jkunu f'konformità mat-tip approvat. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta' Diċembru 2016.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|