+Artikolu 28 Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.

Artikolu 28 Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

Reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
Fejn id-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni jkunu ġew mibdula, mingħajr il-ħtieġa li jiġu ripetuti l-ispezzjonijiet jew it-testijiet, tali emenda għandha tissejjaħ “reviżjoni”.

Fil-każ ta' tali reviżjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien mhux ġustifikat, tirrevedi l-paġni rilevanti tal-pakkett ta' informazzjoni, skont kif meħtieġ, u timmarkahom b'mod li turi b'mod ċar in-natura tal-emenda, u għandha tindika wkoll id-data tar-reviżjoni, u tinkludi indiċi rivedut tal-pakkett ta' informazzjoni. Verżjoni konsolidata aġġornata tal-pakkett ta' informazzjoni, flimkien ma' deskrizzjoni ddettaljata tal-emendi, għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżit ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 28 2.

Emenda kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tissejjaħ “estensjoni” meta jkunu nbidlu d-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni u meta sseħħ xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet;

(b) 

xi informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-annessi tiegħu, tkun inbidlet;

(c) 

rekwiżit ġdid stabbilit f'dan ir-Regolament jew f'att delegat jew ta' implimentazzjoni tiegħu adottat bis-saħħa ta' dan ir-Regolament isir applikabbli għat-tip jew għall-familja ta' magni approvati.

Fil-każ ta' estensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistabbilixxi ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE aġġornat, denotat b'numru tal-estensjoni li għandu jiġi miżjud f'konformità man-numru ta' estensjonijiet suċċessivi li ngħataw preċedentement. Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu juri b'mod ċar ir-raġuni għall-estensjoni u d-data tal-estensjoni.

Artikolu 28 3.
Kull meta paġni tal-pakkett ta' informazzjoni jiġu emendati jew verżjoni aġġornata kkonsolidata tiġi stabbilita, l-indiċi għall-pakkett ta' informazzjoni mehmuż maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandu jiġi emendat kif xieraq sabiex jindika d-data tal-aktar estensjoni jew reviżjoni reċenti, jew id-data tal-aktar konsolidazzjoni reċenti tal-verżjoni aġġornata.
Artikolu 28 4.
Ma għandha tkun meħtieġa ebda emenda għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew familja ta' magni jekk rekwiżit ġdid imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ikun, minn perspettiva teknika, irrelevanti għal dak it-tip ta' magna jew għal dik il-familja ta' magni fir-rigward tar-rendiment tal-emissjonijiet tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit