+Artikolu 31 Dikjarazzjoni tal-konformità
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.

Artikolu 31 Dikjarazzjoni tal-konformità

Dikjarazzjoni tal-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.

Il-fabbrikant, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' magna jew familja ta' magni, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità (“dikjarazzjoni tal-konformità”) sabiex takkumpanja magni li jitqiegħdu fis-suq, abbażi ta':

(a) 

eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 34(2), (4), (5), (6), (7) jew (8), l-Artikolu 35(4); jew

(b) 

dispożizzjoni transitorja msemmija fl-Artikolu 58(9), 58(10) jew 58(11).

Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tispeċifika l-karatteristiċi u restrizzjonijiet partikolari li għandhom japplikaw għall-magna, għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas flimkien mal-magna u għandha, fejn applikabbli, takkumpanja lill-magna mobbli mhux tat-triq fejn tiġi installata l-magna. Il-konsenja tagħha m'għandhiex tkun dipendenti minn talba espliċita jew mis-sottomissjoni ta' informazzjoni addizzjonali lill-fabbrikant. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tista' tingħata f'forma ta' fajl elettroniku sigur.

Għal perijodu ta' 10 snin wara d-data tal-produzzjoni tal-magna, il-fabbrikant għandu, fuq it-talba tal-utent aħħari, joħroġ kopja duplikata tad-dikjarazzjoni tal-konformità wara ħlas ta' ammont li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ tagħha. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher b'mod ċar fuq kull dikjarazzjoni tal-konformità duplikata tali.

Artikolu 31 2.
Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha titħejja mill-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Kull Stat Membru jista' jitlob mill-fabbrikant li d-dikjarazzjoni tal-konformità tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tiegħu.

Artikolu 31 3.
Il-persuna jew persuni i awtorizzati biex jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet tal-konformità għandhom jappartjenu lill-organizzazzjoni tal-fabbrikant u għandhom ikunu debitament awtorizzati mill-ġesturi ta' dik l-organizzazzjoni sabiex jassumu b'mod sħiħ ir-responsabbiltà legali tal-fabbrikant fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni, jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni, tal-magna.
Artikolu 31 4.
Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha timtela kollha kemm hi u ma għandu jkun fiha l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-użu tal-magna għajr dawk previsti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 31 5.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistipulaw il-mudell għad-dikjarazzjoni tal-konformità, inklużi l-karatteristiċi mmirati biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni u biex jippermettu l-verifika tal-fajl elettroniku sigur. Għal dak il-għan, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-karatteristiċi tas-sigurtà li jintużaw għall-protezzjoni tad-dikjarazzjoni tal-konformità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit