+Artikolu 40 Sejħa lura tal-magni
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.

Artikolu 40 Sejħa lura tal-magni

Sejħa lura tal-magni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.

Meta fabbrikant li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun obbligat, bis-saħħa tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jsejjaħ lura l-magni mqiegħda fis-suq, kemm jekk il-magni huma installati jew le f'makkinarju mobbli mhux tat-triq, abbażi tal-fatt li l-magni jirrappreżentaw riskju serju fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa pubblika, dak il-fabbrikant għandu:

(a) 

immedjatament jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE; u

(b) 

jipproponi sett ta' rimedji xierqa sabiex jindirizza r-riskju serju lil dik l-awtorità tal-approvazzjoni.

Artikolu 40 2.
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tikkomunika r-rimedji proposti lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li r-rimedji jiġu implimentati b'mod effikaċi fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.

Artikolu 40 3.
Meta awtorità tal-approvazzjoni tqis li ir-rimedji jkunu insuffiċjenti jew li ma jkunux ġew implimentati malajr biżżejjed, hija għandha, mingħajr dewmien. tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE b'dan.

Meta sussegwentement il-fabbrikant jonqos milli jipproponi u jimplimenta miżuri korrettivi effettivi, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri kollha ta' protezzjoni meħtieġa, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Fil-każ li tiġi rtirata l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn dak l-irtirar, tinforma lill-fabbrikant, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan permezz ta' ittra rreġistrata jew mezzi elettroniċi ekwivalenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit