+Artikolu 50 Proċeduri ta' notifika
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.

Artikolu 50 Proċeduri ta' notifika

Proċeduri ta' notifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.

Għal kull servizz tekniku li huma jkunu nnominaw, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a) 

l-isem tas-servizz tekniku;

(b) 

l-indirizz, inkluż l-indirizz elettroniku;

(c) 

il-persuni responsabbli;

(d) 

il-kategorija ta' attivitajiet; u

(e) 

kwalunkwe modifika li tirrigwarda n-nomina msemmija fl-Artikolu 47.

Artikolu 50 2.
Servizz tekniku jista' biss iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 47(1) f'isem l-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina responsabbli fil-każ li dak is-servizz tekniku jkun ġie nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 50 3.
L-istess servizz tekniku jista' jiġi nnominat minn diversi awtoritajiet tal-approvazzjoni li jinnominaw u jiġi nnotifikat mill-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet tal-approvazzjoni li jinnominaw, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li jkun ser iwettaq f'konformità mal-Artikolu 47(1).
Artikolu 50 4.
Meta organizzazzjoni speċifika jew korp kompetenti li jwettqu attività mhux inkluża fl-Artikolu 47(1) ikun meħtieġ li jiġu nnominati fl-applikazzjoni ta' att delegat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 50 5.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista, flimkien mad-dettalji, tas-servizzi tekniċi li kienu s-suġġett tan-notifika f'konformità ma' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit