+Artikolu 52 Kontestazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.

Artikolu 52 Kontestazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi

Kontestazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn ikollha dubji, jew fejn jinġiebu dubji għall-attenzjoni tagħha, rigward il-kompetenza ta' servizz tekniku jew l-issodisfar kontinwu minn servizz tekniku tar-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li għalihom huwa soġġett.
Artikolu 52 2.
L-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina għandu, fuq talba, jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha relatata mal-bażi għan-nomina jew maż-żamma tan-nomina tas-servizz tekniku kkonċernat.
Artikolu 52 3.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni sensittiva kollha miksuba matul l-investigazzjonijiet tagħha tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.
Artikolu 52 4.
Meta l-Kummissjoni taċċerta li servizz tekniku ma jissodisfax jew ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għan-nomina tiegħu, hija għandha tinforma lill-Istat Membru tal-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina b'dan bil-għan li tistabbilixxi, b'kooperazzjoni ma' dak l-Istat Membru, il-miżuri korrettivi meħtieġa u għandha titlob li dak l-Istat Membru jieħu dawk il-miżuri korrettivi, inkluż ir-revoka tan-nomina jekk ikun meħtieġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit